Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR240072
Date Icon 19/01/2024

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, filwaqt li ilu jsegwi s-sitwazzjoni fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), jinnota s-sitwazzjoni li żviluppat f'dawn il-jiem minħabba nuqqas ta' ftehim fin-negozjati dwar il-ftehim kollettiv bejn il-Malta Union of Teachers (MUT) u l-MCAST.

Filwaqt li jirrispetta l-awtonomija tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija fuq kull livell, inkluż dak ta' ftehim kollettiv, ġaladarba dan ma ġiex konkluż, bil-konsegwenza li hemm f'posthom direttivi li jolqtu lill-istudenti, il-Ministeru qiegħed jintervjeni u filwaqt li qed joffri l-assistenza tiegħu biex jiġu konklużi dawn in-negozjati, skeda wkoll numru ta' laqgħat mal-partijiet konċernati.

L-għan huwa li dawn in-negozjati jwasslu għal żblokk, filwaqt li jkunu sospiżi d-direttivi biex l-istudenti jkomplu bl-andament tas-sena skolastika tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow