Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Riforma fl-Aġenzija tal-Għajnuna Legali bl-introduzzjoni ta’ 59 avukat u prokuratur legali ġodda

pr240069
Date Icon 18/01/2024

Fl-okkażjoni tal-għaxar snin mit-twaqqif tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard ħabbar it-twettiq ta’ wegħda elettorali oħra permezz ta’ riforma fl-istess aġenzija.

Il-Ministru Attard spjega kif permezz ta’ sejħa pubblika, l-Aġenzija ingaġġat 59-il Avukat u Prokuratur Legali biex joffru servizz fi ħdan l-Aġenzija, dan ifisser ukoll li aktar minn trippla n-numru ta’ professjonisti minn dak li hemm fil-preżent. “Din hija riforma li tkompli tikkonferma l-impenn tal-Gvern favur is-saltna tad-dritt. Għaliex ikun inutli li nsaħħu l-liġijiet, li nsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna u jkun hemm min fostna fis-soċjetà li jiġi mċaħħad mill-ġustizzja minħabba raġunijiet soċjali u finanzjarji,” tenna l-Ministru Attard.

Ġie spjegat li fi ħdan l-Aġenzija għall-Għajnuna Legali inħolqu panels ta’ speċjalizzazzjoni ta’ Avukati u Prokuraturi Legali. Dawn il-panels se jittrattaw l-assistenza u r-rappreżentanza għal quddiem il-Qorti Ċivili, kemm inferjuri u anke superjuri, u ieħor għall-assistenza u rappreżentanza tal-akkużati quddiem il-Qorti Kriminali, kemm inferjuri u superjuri. Inħolqu wkoll panels oħrajn, fosthom, panel għall-ġurijiet; panel għall-assistenza u rappreżentanza tal-vittmi ta’ kriminalità, li jinkludu wkoll lill-vittmi ta’ vjolenza domestika, quddiem il-Qorti; panel ta’ Avukati għall-għajnuna legali għall-pariri lill-vittmi ta’ kriminalità; kif ukoll panel li jassisti lill-Aġenzija.

Il-Ministru Attard kompla jgħid li b’din ir-riforma, il-Gvern kompla jibni fuq is-suċċess miksub minn din l-aġenzija fl-aħħar snin. Mit-twaqqif tal-Aġenzija sas-sena li għaddiet, kienet provduta assistenza legali fi kważi 7,000 każ. Bejn l-2015 u s-sena li għaddiet ġew provduti pariri legali u għajnuna legali f’aktar minn 2314 każ ċivili. Mill-2017 l-aġenzija kienet involuta fuq aktar minn 3751 każ kriminali. Dan apparti l-assistenza lill-vittmi ta’ kriminalità u anke l-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Id-Direttur tal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali, Bruno Zahra saħaq kif dawn il-bidliet qed isiru sabiex l-avukat tal-għajnuna legali jipprovdi servizz b’aktar professjonalità u etika lejn il-klijent. Huwa kompla jgħid li b’dawn il-ħatriet tal-lum, l-Aġenzija ħa tkun qed tenfasizza għar-rappreżentanza legali li hija professjonali, strutturata u b’etika lejn il-professjoni legali nnifisha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Riforma fl-Aġenzija tal-Għajnuna Legali bl-introduzzjoni ta’ 59 avukat u prokuratur legali ġodda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Riforma fl-Aġenzija tal-Għajnuna Legali bl-introduzzjoni ta’ 59 avukat u prokuratur legali ġodda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Riforma fl-Aġenzija tal-Għajnuna Legali bl-introduzzjoni ta’ 59 avukat u prokuratur legali ġodda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow