Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jidħol fis-seħħ l-Att dwar l-Agrikoltura – parti mir-riforma f’dan is-settur

PR240068
Date Icon 18/01/2024

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar li daħal fis-seħħ qafas legali ġdid għall-agrikoltura, li huwa wkoll parti mir-riforma kontinwa li l-gvern qed jagħmel f'dan is-settur tant kruċjali għal pajjiżna.

Permezz ta' dan l-Att, pajjiżna issa għandu qafas leġiżlattiv li jiġbor taħtu dawk il-ligijiet u regolamenti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-agrikoltura u li sal-lum  dawn il-liġijiet u regolamenti kienu jinstabu mxerrda taħt kapitli differenti tal-liġijiet ta' Malta. B'hekk, dan l-Att se jieħu post il-leġiżlazzjoni lokali kollha li kellha x'taqsam mal-agrikoltura.

Il-Ministru Anton Refalo tenna li bis-saħħa ta' dan l-Att se jkun possibbli li l-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu joperaw b'mod ħolistiku u jkunu iktar effiċjenti  u  trasparenti. Kompla jispjega li l-Att jispeċifika aħjar ir-responsabbiltajiet li għandu d-Direttorat tal-Agrikoltura, fosthom, l-iżvilupp u t-twettiq ta' politika agrikola nazzjonali.

“Dan l-Att huwa xhieda ta' kemm il-Gvern għandu għal qalbu dan is-settur u se jibqa' jagħmel dak kollu possibbli biex l-għixien tal-bdiewa u r-raħħala tagħna jkun żgurat," temm jgħid il-Ministru Refalo.

Id-Direttur għall-Agrikoltura Marco Dimech spjega li dan l-Att jagħti wkoll is-setgħa lill-ministru responsabbli mill-agrikoltura biex permezz ta' avviżi legali jagħmel regoli, ordnijiet, listi, skedi u tibdil ieħor li jemenda dan l-istess Att. “Dan bla dubju jħaffef il-proċess leġislattiv għax jippermetti li jsir tibdil fl-Att li jirrifletti l-bżonnijiet tas-settur," qal is-Sur Dimech.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jidħol fis-seħħ l-Att dwar l-Agrikoltura – parti mir-riforma f’dan is-settur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jidħol fis-seħħ l-Att dwar l-Agrikoltura – parti mir-riforma f’dan is-settur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow