Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Awtoritajiet Maltin jidentifikaw każ ta’ ħtif ta’ minorenni mill-Isvezja

PR240067
Date Icon 18/01/2024

Fl-aħħar sigħat l-Awtorità Ċentrali (Central Authority), li hija parti mill-Awtorità tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali, ġiet infurmata b'allegat każ ta' ħtif ta' tifla ta' sena mill-Isvezja. Jirriżulta li l-ġenituri tat-tifla kienu mwaqqfa fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta mill-Pulizija wara li ħarbu bit-tifla mill-Isvezja. Dan fl-istess waqt illi l-Awtoritajiet Żvediżi ħarġu ordni ta' protezzjoni fuq it-tifla.

L-Awtorità Ċentrali bħalissa għaddejja b'ħidma flimkien mad-Direttorat tal-ħarsien tat-Tfal fl-FSWS, kif ukoll mal-Awtoritajiet Żvediżi sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex il-minorenni tkun tista' tmur lura lejn pajjiżha.

Bħalissa t-tifla qiegħda fil-kura tal-Awtoritajiet Maltin u qed tingħata l-kura u l-assistenza kollha meħtieġa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow