Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Art tal-Gvern fil-qalba ta’ Birżebbuġa tgħaddi għand il-Kunsill Lokali biex jinbena ċentru ta’ servizzi lill-komunità

PR240064
Date Icon 18/01/2024

Il-Ministru għall-Artijiet u għall-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi ppreseda l-iffirmar ta' ftehim ta' devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa. Permezz ta' dan il-ftehim l-Awtorità tal-Artijiet se tkun qed tgħaddi art fil-qalba ta' Birżebbuġa biswit l-iskola biex jinbena Ċentru Ċiviku għal-lokal.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li b'dan il-proġett se tkun qed tgawdi minnu l-komunità kollha ta' Birżebbuġa. “Bis-saħħa ta' dan it-trasferiment, il-Kunsill ta' Birżebbuġa issa jibda jwettaq dan il-proġett tal-bini ta' Ċentru Ċiviku fil-lokal", stqarr il-Ministru. Filwaqt li nnota li l-lokalità ta' Birżebbuġa aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tikber bħala komunità, huwa esprima sodisfazzjon li se jitwettaq dan il-proġett li huwa tant mistenni mir-residenti.

Is-Sindku ta' Birżebbuġa, Scott Camilleri qal li permezz ta' dan it-trasferiment tal-art il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa se jkun jista' jiżviluppa ċentru ċiviku li fih ikun jinkludi librerija pubblika kif ukoll berġa tas-saħħa akbar u li taħdem b'mod regolari. Filwaqt li rringrazzja lill-Ministeru, huwa saħaq li permezz ta' dan iċ-ċentru l-Kunsill ta' Birżebbuġa se jkun qiegħed iżid is-servizzi tiegħu lir-residenti tal-lokalità.

Preżenti għall-iffirmar ta' dan il-ftehim kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella, is-Segretarju Permanenti Carlos Tabone u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa, Jordy Brincat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Art tal-Gvern fil-qalba ta’ Birżebbuġa tgħaddi għand il-Kunsill Lokali biex jinbena ċentru ta’ servizzi lill-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Art tal-Gvern fil-qalba ta’ Birżebbuġa tgħaddi għand il-Kunsill Lokali biex jinbena ċentru ta’ servizzi lill-komunità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow