Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

pr240052
Date Icon 16/01/2024

B'reazzjoni għall-attakk riċenti fuq vapur tal-merkanzija rreġistrat f'Malta, 76 mil nawtiku mil-port  ta' Saleef fil-Jemen, il-Kumitat għas-Sigurtà Marittima, presedut mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett, ġie msejjaħ biex jevalwa s-sitwazzjoni li qed tiżvolġi. Skont l-informazzjoni disponibbli, jidher li ħadd mill-ħaddiema tal-ekwipaġġ ma' weġġa f'dan l-inċident, u l-vapur ġarrab biss ħsarat strutturali. Jidher li l-vapur kompla t-traġitt tiegħu u bħalissa qed ifittex port għat-tiswija meħtieġa.

L-inċidenti li qed iseħħu fil-Baħar l-Aħmar huma ta' tħassib kbir, peress li ż-żona hija rotta ewlenija għall-kummerċ marittimu globali u vitali għall-kummerċ marittimu internazzjonali. L-assigurazzjoni tas-sigurtà tal-passaġġi tal-baħar mhix biss kwistjoni reġjonali iżda hija ta' importanza internazzjonali.

Is-sitwazzjoni li qed teskala issaħħaħ il-bżonn li tiġi żgurata is-sigurtà tal-vapuri minn attakki bħal dawn waqt li qed jinnavigaw fiż-żona. Għalhekk, aħna nappoġġjaw u lesti li nieħdu sehem f'azzjoni internazzjonali kkoordinata biex nirrestawraw u nżommu n-normalità fiż-żona.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow