STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tingħaqad ma' esperti Ewropej u tressaq rakkomandazzjonijiet għal sports ambjentalment sostenibbli
Pajjiżna ngħaqad ma' esperti Ewropej biex jitfassal rapport dettaljat, li minnu joħorġu għadd ta' rakkomandazzjonijiet biex is-settur sportiv ukoll ikun parti mill-ħidma li qed issir lejn sostenibbiltà ambjentali.
Malta ħadet sehem attiv f'dan il-grupp ta' esperti permezz tal-Professur Andrew Decelis, Direttur tal-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u Sport tal-Università ta' Malta, li kien ir-rappreżentant tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fuq dan il-Grupp.
Wara ħidma matul dawn l-aħħar sentejn, il-Grupp ta' Esperti dwar Sport Ekoloġiku (Green Sport) tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, ippubblika rapport u rakkomandazzjonijiet li fost oħrajn jgħidu li l-għanijiet tal-European Green Deal jistgħu jintlaħqu biss jekk il-partijiet kollha tas-soċjetà jkunu involuti b'mod attiv fl-indirizzar tal-isfidi b'mod dirett, inkluż is-settur tal-isport.
Dan minħabba li s-settur sportiv għandu konkorrenza wiesgħa u għalhekk jinsab f'pożizzjoni unika li jgħin biex iqajjem kuxjenza u jkun ukoll mutur tas-sostenibbiltà ambjentali. Dawk kollha li huma parti integrali ta' dan is-settur għandhom impatt sinifikanti fuq il-klima u l-ambjent. Ir-rapport jgħid li b'mod partikolari, l-Istati Membri huma mistiedna jiżviluppaw strateġiji nazzjonali għall-isport sostenibbli filwaqt li l-organizzazzjonijiet sportivi huma msejjħa biex ifasslu pjan ta' sostenibbiltà ambjentali bħala parti mill-istrateġija ta' żvilupp għall-isport partikolari tagħhom.
Il-grupp kien iffurmat minn rappreżentanti mill-pajjiżi membri kollha flimkien ma' osservaturi mid-dinja sportiva u rappreżentanti ta' istituzzjonijiet oħrajn, fosthom l-Agenzija Ewropea għall-Ambjent.
Ir-Rapport dettaljat u rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu aċċessati fuq: https://sport.ec.europa.eu/news/a-sport-sector-playbook-for-the-european-green-deal.
Stqarrijiet Oħra:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935