STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr240041
16/01/2024
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq il-Kuċċard, Triq in-Nassaba u Triq San Ġwann, f'Ħal Safi,
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta' Jannar, 2024, u jidher ukoll fuq is-sit web tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni “Pubblikazzjonijiet". Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-12 ta' Jannar, 2024.
Other Press Releases:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935