Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Servizz mingħajr ħlas għal Ferry bejn il-Kottonera, tas-Sliema u l-Belt Valletta

pr240035
Date Icon 14/01/2024

Mill-bidu tal-ġimgħa li ġejja, is-servizz tal-Ferry li jgħaqqad il-Kottonera u Tas-Sliema mal-Belt Valletta se jsir mingħajr ħlas għal dawk kollha li jagħmlu użu mit-Tallinja card.

Matul l-2023 aktar minn miljun passiġġier vjaġġaw permezz taż-żewġ servizzi,  bis-servizz li jgħaqqad tas-Sliema mal-Belt Valletta jużawh 760,385 passiġġier waqt li qrib in-nofs miljun passiġġier qasmu mill-Kottonera għall-Belt permezz tal-ferry.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett qal illi din hija miżura oħra li tixhed il-prinċipji li fuqhom hi mibnija l-politika tal-Gvern.

Qal illi apparti li se tkun qed tħalli aktar flus fil-but tan-nies, din il-miżura se tgħin biex itejjeb il-kwalità tal-arja u tal-ħajja ġenerali għar-residenti u tan-nies fl-inħawi tal-portijiet.

“Din hija miżura oħra fil-promozzjoni kontinwa ta' trasport sostenibbli b'aktar skemi ppjanati għaż-żmien illi ġej.

“Nemmen li dan kollu se jgħin sabiex aktar nies jersqu lejn servizzi ta' trasport tal-massa", saħaq Dr Bonett.

Apparti min hekk, il- Ministru qal li dawn il- bidliet juru l-impenn tal-Gvern sabiex jilħaq il-miri ambjentali ta' pajjiżna, partikularment dawk marbuta mat-tibdil fil-klima.

Is-servizz tal-ferry kien qed jikseb popolarità, bl-istatistika tal-passiġġieri għall-2023 turi l-impatt tiegħu fuq il-konnettività bejn postijiet ewlenin f'pajjiżna:

  • Valletta / Kottonera: 497,998 passiġġier
  • Valletta / Tas-Sliema: 760,385 passiġġier

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Servizz mingħajr ħlas għal Ferry bejn il-Kottonera, tas-Sliema u l-Belt Valletta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow