Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Kap Eżekuttiv ġdid għall-Awtorità tal-Istandards u l-Ħarsien Soċjali (SCSA)

pr240024
Date Icon 12/01/2024

Is-Sinjura Ruth Sciberras se tinħatar Kap Eżekuttiv ġdid għall-Awtorità tal-Istandards u l-Ħarsien Soċjali (SCSA).

Is-Sinjura Sciberras ħadmet fil-qasam soċjali għal dawn l-aħħar 25 sena u serviet f'diversi karigi importanti fejn ir-responsabbiltajiet tagħha dejjem kienu l-ħarsien tat-tfal, tal-persuni b'diżabilità flimkien mal-vittmi tal-vjolenza domestika. Hija serviet bħala Direttur fl-Aġenzija Appoġġ u kienet parti wkoll mid-delegazzjoni Maltija li assistiet lill-Gvern Malti biex ifassal numru ta' ftehimiet internazzjonali għall-adozzjonijiet.

Is-Sinjura Ruth Sciberras serviet ukoll bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport, fejn wara kompliet b'ħidma fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Fl-aħħar sentejn is-Sinjura Sciberras kienet strumentali biex ġiet implimentata l-istrateġija tat-Trobbija Pożittiva. L-esperjenza tagħha fil-qasam tal-vjolenza domestika wasslet biex fis-sena 2023 hija kienet maħtura Chairperson tal-Multi Agency Risk Assessment Meetings (MARAM).

Il-Ministru Michael Falzon jawgura lis-Sinjura Ruth Sciberras għall-kariga l-ġdida tagħha, filwaqt li jtenni li din il-ħatra turi biċ-ċar ir-rieda tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ is-settur soċjali b'nies ta' kompetenza għall-ġid ta' kulħadd.

Din il-ħatra hija effettiva mill-1 ta' Jannar 2024.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Kap Eżekuttiv ġdid għall-Awtorità tal-Istandards u l-Ħarsien Soċjali (SCSA)
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow