STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jinnota aġir qarrieqi mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Justin Schembri, li kkwota biss nofs mir-risposti li ngħataw f’mistoqsijiet parlamentari.
Il-Ministeru jerġa’ jiċċara li għan-numru ta’ edukaturi li ħallew is-settur, kollha ġew ingaġġati oħrajn għajr wieħed li mistenni jiġi ngaġġat fil-ġranet li ġejjin.
Quddiem aġir irresponsabbli ripetut minn Oppożizzjoni bla direzzjoni bi skop wieħed li tfixkel, il-Ministeru għall-Edukazzjoni jtenni wkoll li kif intqal sa mill-bidu tan-negozjati għal ftehim settorali ġdid għall-edukaturi, il-Gvern ressaq ’il quddiem żidiet sostanzjali għall-edukaturi li se jwasslu biex l-edukaturi jkollhom pakkett finanzjarju xieraq, sostenibbli u b’titjib fil-kundizzjonijiet tal-professjoni tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935