Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Il-pensjonanti jirċievu l-ewwel pagament b’żieda ta’ €780 matul din is-sena

pr240006
Date Icon 05/01/2024

Fi tmiem din il-ġimgħa bdew jitħallsu l-ewwel pagamenti tal-pensjoni, b'rati mtejba hekk kif imħabbar fil-Budget għal din is-sena. Ħadu l-ewwel pagament il-pensjonanti tal-irtirar illi jlaħħqu madwar 63,500. Il-pensjoni tagħhom ser tiżdied bi €15 fil-ġimgħa, u b'hekk tammonta għal €780 matul din is-sena.

Tul dawn l-aħħar għaxar snin l-għadd ta' pensjonanti tal-irtirat kompla jikber, tant li minn 39,500 fl-2013 l-għadd tagħhom tela' għal kważi 59,000.

Il-kumplament tal-pensjonanti, li jlaħħqu madwar 31,000, li minnhom kważi 18,000 huma romol, ser jitħallsu fil-ġimgħat ta' wara. Ir-romol se jitħallsu ż-żidiet tagħhom fit-13 ta' Jannar u dawk li jieħdu l-Pensjoni tal-Invalidità u l-Pensjoni Minima Nazzjonali jitħallsu fl-20 ta' Jannar.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Permanenti Mark Musu waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-Gvern investa €1,170 miljun fuq il-pensjonijiet matul din is-sena filwaqt li spjega illi ż-żieda fil-pensjoni ser tkun is-seba' waħda konsekuttiva mill-2018 'l hawn, u dan minbarra żidiet sostanzjali li ngħataw fl-2016 u l-2017 lill-pensjonanti fuq il-pensjoni minima.

“Il-pensjonanti illum qed jirċievu bejn 30% u 68% iżjed milli kienu jirċievu 11 il-sena ilu. Miġbura f'daqqa, iż-żidiet ġenerali fil-pensjoni mogħtija mill-2013 'l hawn ilaħħqu b'kollox €64.40 fil-ġimgħa jew kważi €3,350 fis-sena," sostna l-Ministru Michael Falzon.

Matul din il-konferenza tal-aħbarijiet ingħatat aktar informazzjoni dwar diversi miżuri oħrajn, ewlenija fosthom il-Bonus tal-Għoli tal-Ħajja li ser jibda jitħallas bl-istess rata lil kulħadd, il-kontinwazzjoni tal-proċess li beda fl-istess sena sabiex b'mod gradwali tingħata r-rata sħiħa tal-Pensjoni tar-Romol, l-eżenzjonijiet mit-taxxa għal pensjonanti ta' 61 sena, u miżuri li jagħtu inċentiv lil persuni li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu.

Issemmew ukoll dawk il-miżuri li jolqtu pensjonanti li twieldu qabel l-1962, u permezz ta' tibdil dan id-dħul ser jibda jiżdied b'ritmu aktar mgħaġġel sakemm gradwalment jiġi daqs ta' dawk il-pensjonanti li twieldu fl-1962 jew wara.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Mark Musu rrefera għaż-żidiet sinjifikanti li saru fil-pensjonijiet u semma wkoll kif żdied sostanzjalment it-take home pay ta' eluf kbar ta' pensjonanti li qed jiffrankaw eluf kbar ta' ewro f'taxxa li issa m'għandhomx iħallsu.

“Is-somma vvutata fil-Budget għal din is-sena fuq il-pensjonijiet kollha, inkluż il-pensjoni tal-età, kif ukoll il-bonus li jitħallsu matul is-sena, tlaħħaq €1,170 miljun. Tirrapreżenta wkoll żieda ta' €530 miljun, jew żieda ta' kważi 83%, fuq l-ispiża korrispondenti fl-2013 meta in-nefqa dik is-sena kienet €640 miljun – l-ispiża kważi irdoppjat fi 11-il sena," temm jgħid is-Segretarju Permanenti Mark Musu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Il-pensjonanti jirċievu l-ewwel pagament b’żieda ta’ €780 matul din is-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Il-pensjonanti jirċievu l-ewwel pagament b’żieda ta’ €780 matul din is-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Il-pensjonanti jirċievu l-ewwel pagament b’żieda ta’ €780 matul din is-sena
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow