Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA €8 miljun allokati għall-iskema Carer at Home

pr240004
Date Icon 05/01/2024

L-anzjani li jibbenefikaw mill-iskema Carer at Home se jkollhom żieda ta’ €1000 fis-sena

Daħlet fis-seħħ il-miżura mħabbra fil-Budget 2024, dik ta’ €1,000 żieda fis-sena għal dawk l-anzjani li jagħmlu użu mill-iskema Carer at Home. L-allokazzjoni għal din l-iskema għal din is-sena żdiedet minn €5 miljun għal €8 miljun. Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Mill-bidu ta’ din is-sena, il-benefiċċju għal din l-iskema żdied minn €7,000 għal €8,000 fis-sena għall-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex tassistihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. Min jimpjega carer għal inqas minn 40 siegħa fil-ġimgħa, il-benefiċċju jingħata pro rata.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif fil-preżent hemm 865 anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema. 845 minnhom fuq bażi full time, fejn jimpjegaw carer jew live-in carer għal 40 siegħa fil-ġimgħa, u 20 anzjan jimpjegaw carer għal inqas minn 40 siegħa fil-ġimgħa. Żied jgħid li, minn meta bdiet tiġi mħaddma din l-iskema fl-2016, s’issa bbenefikaw madwar 1,635 persuna.

“Permezz ta’ din l-iskema l-Gvern qed jgħin biex l-anzjani jkomplu jgħixu u jiffurmaw parti mill-komunità billi jkollhom l-għajnuna kollha meħtieġa. Iż-żieda fl-allokazzjoni finanzjarja għal din l-iskema tkompli turi li dan il-Gvern kommess li jkompli jinvesti fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna,” temm jgħid il-Ministru Abela.

Wieħed jista’ jsib l-applikazzjoni għal din l-iskema fuq is-sit elettroniku aacc.gov.mt, jew wieħed jista’ jżur waħda mill-fergħat tas-servizz.gov, il-Kunsilli Lokali jew iċ-Ċentru Servizz Anzjan f’Malta jew f’Għawdex sabiex jirċievu assistenza biex jimlew u jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA €8 miljun allokati għall-iskema Carer at Home
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow