Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Iffirmat ftehim li ser isaħħaħ l-edukazzjoni turistika bejn Malta u l-Ġappun

PR214395
Date Icon 04/09/2024

Ġie ffirmat ftehim li permezz tiegħu, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (l-ITS) u l-Università Internazzjonali ta' Kobe (KIU), li toriġina u topera mill-Ġappun, ser joffru kors fi grad ta' Baċellerat fl-International Hospitality Management.

Dan il-ftehim jippermetti li studenti li huma interessati jidħlu għal dan il-programm ta' studju, iqattgħu l-ewwel sentejn tiegħu jistudjaw fil-Ġappun u l-aħħar sentejn f'Malta. Il-kurrikulu tal-programm ġie mfassal b'mod metikoluż bil-għan li jintroduċi tagħlim avvanzat, xogħol ta' korsijiet komprensiv u taħriġ prattiku.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt l-iffirmar tal-imsemmi ftehim ippresedut mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo u Chargé d'Affaires tal-Ambaxxata tal-Ġappun f'Malta Tadahiko Yamaguchi.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo laqa' b'sodisfazzjon dan il-ftehim li huwa ħolqa oħra f'kullana ta' ftehimiet li permezz tagħhom l-Istitut għall-Istudji Turistiċi qiegħed jesporta l-edukazzjoni tiegħu madwar id-dinja.

“Aktar ma ntejbu l-livell ta' korsijiet li toffri l-ITS, iżjed ser ikollna studenti li meta joħorġu mill-istess istituzzjoni jkunu ambaxxaturi denji tagħna fid-dinja tal-ospitalità," irrimarka l-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Iffirmat ftehim li ser isaħħaħ l-edukazzjoni turistika bejn Malta u l-Ġappun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Iffirmat ftehim li ser isaħħaħ l-edukazzjoni turistika bejn Malta u l-Ġappun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow