Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Miżjud l-ammont ta’ salarju jew paga mhux sekwestrabbli

pr232027
Date Icon 29/12/2023

Il-Ministru għall-Ġustizzja permezz tas-setgħat provduti f'artikolu 382 tal-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili, stabilixxa l-ammont ta' elf mitejn u tlieta u tletin ewro (€1233.00) kull xahar bħala l-ammont ta' salarju jew paga mhux sekwestrabbli.

“L-ammont ta' salarju jew paga mhux sekwestrabbli qatt ma ġie rivedut mill-1995. Dak iż-żmien il-Parlament kien iddeċieda li kellu jkun Lm300 (€698.81) fix-xahar, jiġifieri ferm aktar mill-paga minima ta' dak iż-żmien. Għalhekk, biex nilħqu bilanċ bejn l-interessi tal-kredituri u tad-debituri, applikajna r-rata tal-inflazzjoni fuq l-ammont li kien oriġinarjament stabilit 28 sena ilu," qal il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard.

Il-Ministru Attard qal li din ir-reviżjoni hija msejsa fuq neċessitajiet soċjali għaliex l-ammont stabilit fl-1995 mhux qiegħed joffri ħajja diċenti u dinjituża, tant li attwalment l-ammont mhux sekwestrabli huwa saħansitra anqas mill-paga minima. Il-kalkolu matematiku sar fuq data uffiċjali maħruġa annwalment mill-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali u l-Bank Ċentrali, fejn ġie stabilit li bl-inkriment tal-ħajja ser ikun jammonta għall-€1233. Il-ħruġ ta' mandat ta' sekwestru jkun jgħodd fuq il-parti li teċċedi dan l-ammont, hekk kif rivedut.

L-Avviż legali 302 tal-2023 jistabilixxi li din l-ordni ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2024.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow