Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ftehim ġdid li ser ikompli jsaħħaħ is-servizzi għall-komunità LGBTIQ+ f’Malta

PR232025
Date Icon 28/12/2023

Ġie ffirmat ftehim kollaborattiv bejn id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u CheckPoint Malta sabiex jibda jiġi offrut ittestjar mediku għal HIV fi ħdan LGBTIQ+ Hub f'Raħal Ġdid.

Din il-kollaborazzjoni ser tkun qed tiġbor flimkien l-isforzi dedikati ta' CheckPoint Malta, organizzazzjoni volontarja impenjata għall-promozzjoni tas-saħħa u l-benessri sesswali partikolarment HIV, u d-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem,  li jopera l-LGBTIQ+ Hub. Dan iċ-ċentru huwa spazju kruċjali biex ikunu jistgħu jingħataw servizzi relatati mal-komunità LGBTIQ+ f'Malta.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg, li ppresediet l-iffirmar tal-ftehim spjegat “Bħala gvern kommessi li nkomplu nnaqqsu l-istigma f'kull settur possibbli, għalhekk, dan il-ftehim li ġie ffirmat, bejn id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-NGO CheckPoint Malta, se jservi ta' pass ieħor 'il quddiem sabiex ikompli jsaħħaħ is-servizzi provduti mill-LGBTIQ Hub."

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg żiedet tgħid li dan il-ftehim se jfisser servizz aktar effiċjenti fejn il-komunità tista' tmur tuża dan is-servizz għall-ittestjar, filwaqt li bħala gvern se jkomplu jintensifikaw il-ħidma biex ikun hemm aċċess ugwali għal kulħadd.

Il-President tal-organizzazzjoni CheckPoint Malta, Marc Buhagiar, tenna s-sodisfazzjon tiegħu għaliex issa din l-NGO se jkollha faċilità oħra fejn tista' tipprovdi servizz ta' ttestjar għal mard li jista' jiġi trażmess sesswalment, partikolarment l-HIV. “L-għan ewlieni tagħna bħala NGO huwa li ntejbu l-aċċess għall-ittestjar filwaqt li dawk in-nies li jirrikorru għal dan is-servizz iħossuhom aktar komdi għax dan is-servizz, filwaqt li huwa sostnut mill-gvern, jingħata mill-komunità stess" qal Buhagiar.

Intant, persuni li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar is-servizzi offruti fi ħdan il-LGBTIQ+ HUB jistgħu jikkuntattjaw lid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fuq +3562223210 jew bl-email fuq hrd@gov.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ftehim ġdid li ser ikompli jsaħħaħ is-servizzi għall-komunità LGBTIQ+ f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow