STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Dormitorju ġdid għal Qormi FC Youth Nursery b’fondi mill-Housing Development Fund
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura dormitorju ġdid fin-Nursery ta' Qormi FC b'investiment ta' €30,000 mill-Housing Development Fund, fond fi ħdan l-Awtorità tad-Djar.
Il-Ministru Roderick Galdes enfasizza kif dan il-proġett, li jikkonsisti f'ristrutturar fid-dormitorju tan-Nursery, se jservi biex jgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ jitħarrġu, jitgħallmu u jikbru mhux biss fit-talent tal-futbol iżda wkoll fil-mixja tagħhom bħala atleti żgħar.
“Dan il-proġett huwa eżempju ħaj ta' dak li rridu nwasslu fil-komunitajiet tagħna permezz tal-Housing Development Fund. L-akkomodazzjoni tmur lil hinn mis-saqaf residenzjali. Akkomodazzjonijiet rikreattivi bħalma hija l-Qormi FC Youth Nursery ukoll joffru saqaf għal dawn iż-żgħażagħ li jgħinuhom jiżviluppaw fl-irġiel u n-nisa ta' għada," sostna l-Ministru Galdes.
Dan il-proġett huwa wieħed minn sebgħa li qegħdin isiru fil-komunità permezz ta' dan il-fond u jingħaqad ma' proġett ieħor li kien inawgurat ftit tal-ġimgħat ilu fil-Birgu fejn infetħet dar li qed tilqa' priġunieri fl-aħħar parti tas-sentenza tagħhom fejn hemmhekk isegwu programm ta' riabilitazzjoni u rijintegrazzjoni lura fil-komunità.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en