Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Studenti jiltaqgħu mal-Ministru għall-Ambjent biex jaqsmu l-ideat ambjentali tagħhom

PR232023
Date Icon 28/12/2023

Studenti minn disa' skejjel iltaqgħu l-Buskett biex jiddiskutu l-ideat tagħhom għal ambjent aħjar mal-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

Din il-laqgħa segwiet oħrajn simili li saru s-sena li għaddiet, u li matulhom il-Ministru Dalli u t-tfal kienu qablu li jkomplu jiltaqgħu kull sena biex jiddiskutu proposti ġodda filwaqt li jsegwu l-andament ta' diversi inizjattivi ambjentali.

It-tfal tkellmu dwar ħafna suġġetti, fosthom it-tħaddir tal-lokalitajiet, trasport sostenibbli, l-aċċess għall-kampanja, l-ilma tal-pjan, l-iskart fil-baħar, it-tibdil fil-klima, l-immaniġġjar tal-iskart u l-effiċjenza fl-enerġija. Fost ideat differenti, ipproponew l-użu tal-bjut għall-biedja organika, aktar żoni għall-picnics, kampanji ta' tagħrif dwar l-impatti tar-rimi illegali tal-iskart, aktar pjanti fil-klassijiet u żoni t'avventura fil-parks bħaż-żona tal-obstacle course racing (OCR) li għadha kif infetħet fil-Park ta' San Klement.

Studenti mill-Iskola Sekondarja ta' Santa Luċija tal-Kulleġġ ta' San Tumas, il-Kulleġġ Sacred Heart, l-Iskola Primarja Qormi San Ġorġ tal-Kulleġġ ta' San Injazju, l-Iskola Primarja tar-Rabat u l-Iskola Sekondarja ta' Ħad Dingli tal-Kulleġġ ta' San Nikola, l-Iskola Sekondarja tal-Mosta tal-Kulleġġ Maria Regina, l-Iskola Primarja tal-Isla tal-Kulleġġ ta' Santa Margerita, l-Iskola San Andrea u l-Iskola Primarja ta' Ħal Kirkop tal-Kulleġġ ta' San Benedittu ħadu sehem f'din l-attività, li saret fiċ-ċentru edukattiv ġdid ta' Ambjent Malta fil-Masġar tal-Buskett.

Il-Ministru Miriam Dalli rringrazzjat lill-istudenti li aċċettaw l-istedina ta' ERA biex jaqsmu l-ideat tagħhom dwar l-ambjent.

“Is-sna li għaddiet iltqajna u ddiskutejna ħafna ideat interessanti. L-ERA ppreżentat aġġornament dwar kif Malta qed twettaq ħafna minn dawn l-ideat bħala parti mill-missjoni kollettiva lejn futur aktar sostenibbli. Inħeġġeġ lit-tfal u ż-żgħażagħ ikomplu jersqu 'l quddiem u jieħdu sehem fid-diskussjoni pubblika dwar l-ambjent. L-ideat tagħkom importanti ħafna għalina. Kull istituzzjoni jeħtieġ li tisma' x'għandkom x'tgħidu, bħal ma qed tagħmel ERA b'dawn il-laqgħat. Inħares 'il quddiem biex nerġgħu niltaqgħu s-sena d-dieħla," qalet Miriam Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv ta' ERA, Kevin Mercieca tkellem dwar l-importanza li l-vuċi ta' ġenerazzjonijiet iżgħar tiġi meqjusa fid-deċiżjonijiet dwar pjanijiet ambjentali u strateġiji fit-tul li ser jaffettwaw il-ġenerazzjonijiet futuri. “Il-fehmiet, l-opinjonijiet u l-proposti tat-tfal u ż-żgħażagħ jġegħluna naħsbu sew waqt it-tfassil tal-politika ambjentali sabiex din twassal għal futur li jiżgura ambjent tajjeb u kwalità tal-ħajja aħjar għall-ġenerazzjonijiet ta' warajna."

Wara d-diskussjoni, Ambjent Malta iggwidat lit-tfal għal mixja fil-Buskett, fejn setgħu ukoll jieħdu sehem f'sessjoni prattika dwar artiġġjanat sostenibbli b'rabta mal-Milied. Il-laqgħa mat-tfal saret bl-appoġġ ta' Ekoskola, inizjattiva ta' Nature Trust – FEE Malta madwar l-iskejjel kollha f'Malta u Għawdex, sabiex tinkoraġġixxi lill-istudenti biex japprezzaw l-ambjent u jsegwu ħajja aktar sostenibbli.

Iċ-Chairperson ta' ERA Vince Cassar u l-Kordinatur ta' Ekoskola Paul Pace, flimkien ma' edukaturi u uffiċjali oħrajn, ukoll ħadu sehem f'din l-attività.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Studenti jiltaqgħu mal-Ministru għall-Ambjent biex jaqsmu l-ideat ambjentali tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Studenti jiltaqgħu mal-Ministru għall-Ambjent biex jaqsmu l-ideat ambjentali tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Studenti jiltaqgħu mal-Ministru għall-Ambjent biex jaqsmu l-ideat ambjentali tagħhom
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow