Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-ISPTAR MATER DEI

pr232022
Date Icon 27/12/2023

Qed issir referenza għal stejjer ippubblikati fuq ċerti siti dwar proċeduri tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija tal-Isptar Mater Dei u l-perjodu ta' ammissjoni fl-Isptar tan-nisa tqal jew li jkunu welldu.

L-Amministrazzjoni tal-Isptar flimkien mal-Kap tad-Dipartiment tat-Tqala qegħdin jiċċaraw li l-perjodu li tulu l-omm tinżamm l-Isptar huwa skont prattiċi internazzjonali segwiti minn sptarijiet Ewropej u Ingliżi u li fl-ebda ħin ma qegħda tiġi kompromessa s-saħħa jew is-sigurtà tal-pazjenti. 


Barra minn hekk, l-ommijiet li jwelldu fl-Isptar Mater Dei jibqgħu segwiti mill-qbiela fir-residenzi privati permezz tal-Community Discharge Midwifery Service, fejn il-qabla tassigura li kemm l-omm u kemm it-tarbija huma b'saħħithom – għall-ommijiet li jixtiequ dan is-servizz. 


L-Isptar Mater Dei jisħaq illi l-ewwel kunsiderazzjoni dejjem tkun is-saħħa tal-omm u t-tarbija u li t-tobba u l-ispeċjalisti dejjem jaġixxu bl-aktar mod professjonali u fil-parametri ta' prattiċi stabbiliti internazzjonalment.

L-Amministrazzjoni tal-Isptar tieħu din l-opportunità sabiex tirringrazzja lill-ħaddiema kollha għad-dedikazzjoni u professjonalità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow