Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Qrendi għal 11-il familja

pr232016
Date Icon 21/12/2023

Fil-Qrendi, b'investiment ta' €1.5 miljun, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, inawgura proġett ieħor ta' akkomodazzjoni soċjali li huwa parti mill-ħidma kontinwa li qed jwettaq il-gvern f'dan il-qasam.

Dan il-proġett ta' akkomodazzjoni soċjali, li se jilqa' fih 11-il familja u jikkonsisti wkoll f'7 garaxxijiet, se jkun imsemmi għall-mibki Joe Bartolo, attivist li ħadem qatigħ fis-settur tal-akkomodazzjoni.

Il-Ministru Roderick Galdes semma kif dan il-proġett issa qed jingħaqad mal-erba' proġetti oħra li kienu inawgurati matul din is-sena. “Il-ftuħ ta' erba' proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali fissru li, fl-2023, 64 familja li ma setgħux jaċċessaw is-suq tal-proprjetà bdew jibnu l-futur tagħhom taħt saqaf diċenti u dinjituż." Il-Ministru temm jgħid li fl-ewwel kwart tas-sena l-ġdida se jkunu qed jinfetħu aktar proġetti biex jibdew jilqgħu fihom aktar familji.

Il-familji li se jkunu qegħdin deħlin f'dan l-akkomodazzjoni soċjali għaddew mill-proċess tal-applikazzjoni u verifiki u skont l-istrateġija ta' allokazzjoni li ġiet imnedija fl-2021.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Qrendi għal 11-il familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Qrendi għal 11-il familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Qrendi għal 11-il familja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow