Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Ftehim għal trasferiment ta’ art lil Żabbar St Patrick FC li minnu se jgawdu t-tfal u ż-żgħażagħ involuti fl-isport

pr232013
Date Icon 21/12/2023

Permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, art li tinsab taħt is-Sur ta’ San Ġakbu f’Ħaż-Żabbar, għaddiet għand l-Għaqda Sportiva Żabbar St Patrick FC b’ċens għal 45 sena. Permezz tas-sussidju ta’ 95% offrut mill-Gvern fuq l-akkwist ta’ artijiet biex jiġu konvertiti f’faċilitajiet sportivi, l-ammont totali ta’ kera li l-klabb se jħallas fis-sena huwa ta’ €308.50, minflok il-valur attwali ta’ €6,170.

B’hekk issa l-klabb qiegħed f’pożizzjoni biex jamministra din l-art u permezz tal-ftehim il-klabb issa għandu inċentiv ewlieni biex jinvesti f’faċilitajiet sportivi fis-sit u servizzi anċillari. Dawn se jibbenefikaw minnhom ukoll it-tfal u ż-żgħażagħ għaliex il-faċilitajiet se jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom ukoll kemm il-Youth Nursery tal-klabb u fil-ħinijiet tal-iskola, bi ftehim, il-proprjetà tinfetaħ għall-użu tat-tfal tal-iskola.

Il-Ministru Grima qal li dan huwa ftehim ieħor li juri l-impenn tal-Gvern biex jgħin lill-assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi f’kull livell. “Il-pjan u l-viżjoni tagħna huma ċari, dak li nsaħħu s-settur sportiv biex inkomplu ngħollu l-livell tal-isport f’pajjiżna, anki fil-livell ta’ klabbs,” qal il-Ministru Grima. Huwa tkellem dwar id-diversi skemi ta’ għajnuna li qed jingħataw l-assoċjazzjonijiet u l-klabbs biex dawn isaħħu l-ħidma tagħhom fid-diversi dixxiplini sportivi rispettivi.

“Il-ftehim tal-lum juri l-impenn tal-Gvern li jkompli jwettaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu, inizjattivi li l-għan tagħhom huwa li l-klabbs u l-federazzjonijiet sportivi jkollhom l-għodda u l-faċilitajiet biex ikomplu jikbru,” qal il-Ministru Grima.

Il-ħlas tal-kera jitpoġġa fi “Sports Fund”, sabiex imbagħad il-flus jiġu utilizzati għal aktar investiment mill-ġdid fl-isport lokali.

Omar Farrugia, Chairperson ta’ SportMalta, qal li dan il-ftehim huwa konferma oħra tal-ħidma ta’ din l-entità biex is-settur sportiv jibqa’ miexi ’l quddiem anki fuq livell ta’ komunità. “Qed inkabbru l-ħidma tagħna biex iktar klabbs u assoċjazzjonijiet ikollhom faċilitajiet sportivi professjonali fejn jipprattikaw id-dixxiplina sportiva tagħhom, faċilitajiet li jkunu miftuħa wkoll għall-istudenti biex huma wkoll ikollhom spazju fil-Belt jew Raħal tagħhom għal attività sportiva u fiżika”, qal is-Sur Farrugia.

Il-President ta’ Żabbar St Patrick FC, Dr Kevin Deguara qal li b’dan il-ftehim, il-klabb issa jista’ jagħmel qabża ta’ kwalità kemm f’dawk li huma faċilitajiet kif ukoll biex il-klabb ikollu faċilitajiet moderni li se jkunu wkoll ta’ benefiċċju tal-komunità kollha kemm hi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Ftehim għal trasferiment ta’ art lil Żabbar St Patrick FC li minnu se jgawdu t-tfal u ż-żgħażagħ involuti fl-isport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Ftehim għal trasferiment ta’ art lil Żabbar St Patrick FC li minnu se jgawdu t-tfal u ż-żgħażagħ involuti fl-isport
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow