STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-entitajiet tas-sigurtà f'pajjiżna b'donazzjonijiet lil diversi għaqdiet li jaħdmu fil-komunità
L-Erbgħa filgħodu, il-Korpi Dixxiplinati flimkien ma' diversi entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, qassmu diversi provisti tal-ikel lil diversi għaqdiet li jaħdmu fil-komunità. Din kienet it-tielet sena li saret din l-inizjattiva.
Fl-aħħar jiem membri tal-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, l-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni u l-LESA ġabru għadd sabiħ ta' provisti ta' ikel fiċ-ċentri tagħhom li mbagħad dawn tqassmu f'Dar San Ġużepp, Dar Sagra Familja, il-Creche, il-Fondazzjoni St. Jeanne Antide, Dar il-Milja u l-Laboratorju tal-Paċi.
L-uffiċjali ta' dawn l-entitajiet kienu akkumpanjati mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri u s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Joyce Dimech.
Min-naħa tiegħu l-Ministru Byron Camilleri tenna l-importanza ta' inizjattivi bħal dawn li minbarra li jgħinu lil dawk anqas ixxurtjati, iqarrbu wkoll il-Korpi Dixxiplinati u l-entitajiet li jaħdmu fis-sigurtà lejn il-pubbliku.
“Illum, rajna l-Korpi Dixxiplinati u entitajiet oħrajn b'mod differenti minn kif narawhom is-soltu, dan għax l-għan ta' din l-inizjattiva kien li nassistu lil persuni, b'mod partikolari tfal anqas ixxurtjati, vittmi ta' vjolenza domestika u immigranti propju f'dawn il-jiem ta' festi. Nawgura lill-entitajiet tagħna biex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin iżommu ħajjin dawn it-tip ta' inizjattivi, għax permezz tagħhom jistgħu jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta' diversi persuni," temm jgħid il-Ministru Camilleri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en