Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA

PR232004
Date Icon 19/12/2023

Ftehim ġdid għall-impjegati tas-servizz pubbliku li jaħdmu fis-sezzjoni tat-tifi tan-nar fl-Isptar Mater Dei u fir-Residenza St Vincent de Paul

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva, flimkien mal-General Workers Union (GWU), iffirmaw ftehim ġdid għall-impjegati tas-servizz pubbliku li jaħdmu fis-sezzjoni tat-tifi tan-nar fl-Isptar Mater Dei u fir-Residenza St Vincent de Paul.

Il-ftehim li ġie ffirmat assigura, fost oħrajn, iktar opportunitajiet ta' taħriġ sabiex dawn il-ħaddiema javvanzaw b'mod iżjed spedit fil-karriera tagħhom u kif ukoll żieda fl-allowances.

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għas-Saħħa Joseph Chetcuti, mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għall-Anzjanità Attiva Christine Schembri u Kendrick Bondin u Laurence Bugeja f'isem il-GWU.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, li ppresedew dan l-iffirmar, irringrazzjaw lit-tlett partijiet tal-kollaborazzjoni li wasslet għal dan il-ftehim. Huma awguraw il-ħidma t-tajba lill-ħaddiema ta' din is-sezzjoni.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow