STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Tintemm b’suċċess it-tielet edizzjoni ta’ Christmas in the Park
9,000 persuna kuljum żaru l-Villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini
Madwar 9,000 persuna kuljum żaru t-tielet edizzjoni ta' Christmas in the Park fil-Park Nazzjonali tas-Salini imtella' mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża bis-sehem ta' diversi entitajiet fi ħdan l-istess Ministeru.
L-Illuminated Pathway, presepju ħaj, Santa Klaws u krafts tal-Milied sostenibbli kienu fost l-attrazzjonijiet prinċipali li ġibdu l-interess ta' bosta viżitaturi, speċjalment tat-tfal. L-edizzjoni ta' din is-sena, bejn it-8 u s-17 ta' Diċembru, kienet ikbar mis-snin li għaddew, b'aktar attivitajiet u attrazzjonijiet b'rabta mal-Milied f'diversi żoni tal-Park. Il-viżitaturi setgħu isegwu wkoll spettaklu minn kantanti, bands u korijiet tat-tfal lokali.
Minkejja li xi attivitajiet ta' Christmas in the Park kellhom jitħassru minħabba l-maltemp, eluf ta' familji xorta waħda ġew bi ħġarhom biex jieħdu sehem f'dan l-avveniment annwali. Il-viżitaturi, f'atmosfera mill-isbaħ tal-Milied, kellhom l-opportunità li jsiru jafu aktar dwar kif jistgħu jkunu aktar sostenibbli f'dawn il-festi u fil-ħajja ta' kuljum.
Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli qalet li “attivitajiet bħal dawn jagħtuna l-opportunità biex aktar familji jersqu viċin l-ispazji miftuħa tagħna. Irridu li l-parks u l-ġonna f'pajjiżna verament ikunu post importanti fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna. Fl-istess waqt, b'attivitajiet divertenti bħal Christmas in the Park, inkomplu nwasslu l-messaġġ dwar is-sehem li kulħadd għandu fil-ħidma lejn futur aktar sostenibbli."
Il-Ministru Dalli rringrazzjat lil dawk kollha li ħadu sehem f'din l-attività popolari, speċjalment lill-viżitaturi kollha li għamlu din l-attività suċċess.
Għal aktar tagħrif dwar il-parks u l-ġonna f'Malta u Għawdex u l-attivitajiet li jsiru fihom, segwi l-paġni soċjali ta' Sostenibilità.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en