Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr231984
Date Icon 14/12/2023

L-urġenza li lkoll kemm aħna “naċċettaw ir-realtà li aħna parti minn din il-familja tal-bnedmin li tissejjaħ l-umanità, u l-ħbiberija soċjali tagħna twassalna biex nagħtu l-kontribut tagħna f'bini ta' dinja aħjar u aktar ġusta bil-għan li l-ġnus jgħixu fis-sliem u l-paċi u b'dinjità." – Speaker tal-Kamra tad-Deputati

L-urġenza li lkoll kemm aħna “naċċettaw ir-realtà li aħna parti minn din il-familja tal-bnedmin li tissejjaħ l-umanità, u l-ħbiberija soċjali tagħna twassalna biex nagħtu l-kontribut tagħna f'bini ta' dinja aħjar u aktar ġusta bil-għan li l-ġnus jgħixu fis-sliem u l-paċi u b'dinjità" tenna l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia meta għamel riferenza għall-Enċiklika Fratelli Tutti ta' Papa Franġisku, meta lbieraħ filgħaxija inawgura wirja ta' Presepji mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju: Għawdex u Malta fil-Parlament ta' Malta. 

L-Ispeaker tkellem ukoll dwar is-sinifikat qaddis u b'mod speċjali r-rabta tat-twelid ta' Kristu Ġesù, kif ukoll għamel referenza għal tant vjolenza u ħażen madwarna, f'pajjiżi qrib tagħna, inkluż l-Ukrajna, kif ukoll fil-Lvant Nofsani u inħawi oħra fid-dinja. 

Din il-wirja qed isir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-egħluq it-800 sena minn meta San Franġisk t'Assisi nieda l-ewwel presepju fi Greccio fl-Italja, fis-sena 1223.

Il-pubbliku ġenerali hu mistieden iżur din il-Wirja fil-bini tal-Parlament ta' Malta sal-Ħadd, 7 ta' Jannar 2024, mit-Tnejn sas-Sibt, bejn id-9.00 ta' filgħodu sas-6.00 ta' filgħaxija, Ħdud u Festi Pubbliċi, bejn id-9.00 ta' filgħodu u nofsinhar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow