Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Jitlaqqa’ għall-ewwel darba l-bord tal-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCCC

pr231983
Date Icon 14/12/2023

Waqt li kien qed jindirizza l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li kien ilu jħoss il-ħtieġa li jirristruttura dan il-Kunsill sa minn meta ġie maħtur Ministru minħabba l-mod kif evolva s-settur tal-bini u l-kostruzzjoni fl-aħħar snin. Huwa enfasizza li kull bidla li ssir trid tkun frott ta' diskussjoni mal-partijiet kollha involuti. Filwaqt li rrikonoxxa li fl-2023 tmexxew 'il quddiem numru ta' inizjattivi u riformi importanti, il-Ministru Zrinzo Azzopardi aċċenna li x-xogħol li se jsir fl-2024 se jkun mibni fuq dak li sar matul din is-sena.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi sostna li permezz tal-Liċenzja tal-Kuntratturi qed tinġabar statistika u informazzjoni dwar il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur u l-ħiliet li għandhom. Il-fażi li jmiss immorru għaliha hija l-klassifikazzjoni. “Il-bidliet ma nemminx li jsiru bl-infurzar biss imma billi n-nies ngħadduhom lejn direzzjoni fejn irridu naslu", saħaq il-Ministru Zrinzo Azzopardi. Huwa sostna li l-ewwel ħaġa li hemm bżonn issir mill-BCCC hija li tiddiskuti l-bidliet li saru u tirrimarka aktar dwar ir-responsabbiltajiet ta' dawk involuti fis-settur.

Min-naħa tiegħu ċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Kostruzzjoni spjega li l-BCCC se sservi bħala forum konsultattiv fejn il-Gvern u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni jipproponu ideat u regolamenti ġodda li jiġu diskussi mal-partijiet involuti biex b'hekk il-mod kif isiru l-affarijiet jitjieb. Iċ-Chairman tal-Kunsill, il-Perit Charles Buhagiar, żied jgħid li filwaqt li l-BCCC se tippromwovi l-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni fost iż-żgħażagħ biex aktar żgħażagħ jidħlu jaħdmu f'din l-industrija, ser twettaq riċerka biex jkun hemm titjib fil-mod kif isir ix-xogħol u jiġu addottati prattiċi tajbin li ġew addottati minn pajjiżi oħra barra minn xtutna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Jitlaqqa’ għall-ewwel darba l-bord tal-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCCC
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Jitlaqqa’ għall-ewwel darba l-bord tal-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCCC
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow