Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra l-iskema ‘Ninvestu fis-Sajjieda Żgħażagħ’ li se tħarreġ sajjieda żgħażagħ favur is-sostenibbiltà tas-settur

pr231981
Date Icon 14/12/2023

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said ħabbret skema ġdida, bl-isem ta' 'Ninvestu fis-Sajjieda Żgħażagħ'. L-għan ta' din l-inizjattiva mwiegħda fil-manifest elettorali 'Malta Flimkien' u issa parti mill-programm ta' ħidma ta' dan il-Gvern, huwa li dawk is-sajjieda żgħażagħ u prospettivi ta' taħt l-40 sena, jingħataw opportunità biex jitħarrġu, jitgħallmu u jaqsmu ħsibijiethom ma' sajjieda ta' esperjenza fuq bastimenti tas-sajd irreġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura.

Din l-iskema ser tkun amministrata mill-istess Dipartiment tas-Sajd, taħt is-superviżjoni u l-kriterji stabbiliti mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST). Il-qafas ta' taħriġ prattiku ser ikun akkreditat taħt kriterji akkademiċi  li jwassal għall-kwalifiċi fil-qasam tal-Agribusiness.

Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said saħqet kif din l-iskema ser tkun benefiċċju kemm għas-sajjieda attwali, kif ukoll dawk li qegħdin jaħdmu biex ikollhom professjoni f'dan is-settur. “Dan il-qafas ta' taħriġ u ta' tagħlim ser jagħti spinta kbira lill-ġenerazzjoni żagħżugħa ta' sajjieda li lesti jieħdu l-pass li jmiss. Nafu illi preżentament, is-settur tas-sajd qed jaffaċċja sfidi fosthom dwar is-sostennibiltà tas-settur fil-futur. B'din il-miżura, u oħrajn li ser inkomplu inħabbru fiż-żmien li ġej, qegħdin  nibnu l-pedamenti, u nagħmlu spazju ghal aktar żgħażagħ fis-settur tas-sajd", saħqet is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

“Matul l-ewwel ftit xhur tas-sena li ġejja, dawn is-sajjieda żgħażagħ jibdew jagħtu l-kontirbut tagħhom fuq il-bastimenti tas-sajd, u jieħdu t-tagħrif tant importanti mis-sajjieda", spjegat Bugeja Said. “Din l-iskema ser tgħin lis-settur tas-sajd ikompli jittrasforma, jaddatta u jirriġenera ruħu għas-snin li ġejjin. B'hekk, inkomplu nsaħħu l-kommunitajiet ta' sajjieda lokali. Dan huwa kruċjali wkoll biex jassigura provvista konsistenti ta' ħut affordabbli, għall-popolazzjoni Maltija u Għawdxija fil-preżent, kif ukoll fil-futur" sostniet is-Segretarju Parlamentari.

Dawk eliġibbli  sabiex japplikaw għal din l-iskema jistgħu jagħmlu kuntatt mad-Dipartiment għas-Sajd fuq 22926800. L-applikazzjonijiet ser ikunu disponibbli minn Jannar li ġej. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra l-iskema ‘Ninvestu fis-Sajjieda Żgħażagħ’ li se tħarreġ sajjieda żgħażagħ favur is-sostenibbiltà tas-settur
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra l-iskema ‘Ninvestu fis-Sajjieda Żgħażagħ’ li se tħarreġ sajjieda żgħażagħ favur is-sostenibbiltà tas-settur
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow