STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Iffirmat ftehim li jwitti t-triq għall-introduzzjoni ta’ eco-certification labels fl-industrija tal-ospitalità Maltija
Ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u The Foundation for Environmental Education (FEE) li permezz tiegħu ż-żewġ partijiet imsemmija se jibdew jaħdmu iżjed qrib flimkien favur prattiċi sostenibbli fejn tidħol l-industrija tal-ospitalità.
Fost l-azzjonijiet marbutin mas-sostenibbilità ser jibda proċess li permezz tiegħu jiġu introdotti eco-certification labels f'lukandi u stabbilimenti oħrajn li huma marbutin mat-turiżmu. Dan ser ikun qiegħed isir permezz tal-programm Green Key li diġà ċċertifika madwar 4,440 lukanda f'60 pajjiż differenti minn madwar id-dinja.
B'reazzjoni għal dan il-ftehim, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka kif fid-dawl li pajjiżna qiegħed jirreġistra l-aqwa riżultati turistiċi fl-istorja, dan huwa l-mument opportun li l-prodott turistiku jibda jħares lejn kwalità ogħla u prattiċi sostenibbli bħala l-ordni tal-ġurnata. “Issa, li t-turiżmu f'pajjiżna rkupra, irridu nassiguraw li nagħmlu l-qabża li jmiss fejn jidħol is-servizz fost l-ispetru kollhu tal-industrija tal-ospitalità. Irridu nkomplu nieħdu deċiżjonijiet tanġibbli li verament iwassluna għal turiżmu sostenibbli li jkun mifrux matul is-sena kollha", saħaq il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en