Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Il-familji jgawdu mir-rinnovar ta’ Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid

pr231973
Date Icon 14/12/2023

Fondi tal-LESA ssarrfu fi proġett ta' riġenerazzjoni tal-Ġnien Lorry Sant f'Raħal Ġdid, proġett imwettaq mill-Kunsill Lokali.

Proġett li ġie inawgurat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, fil-preżenza tas-Sindku Dominic Grima.

Il-Ministru Camilleri qal li l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid kien fost l-ewwel kunsilli li għaraf juża l-iskema tal-LESA fejn tiffinanzja proġetti varji f'diversi lokalitajiet.

“Bis-saħħa ta' dan il-proġett ir-residenti ta' Raħal Ġdid għandhom spazju miftuħ riġenerat fil-qalba tal-lokalità li joffri post ta' trankwillità. Dan anke għaliex bħala parti minn dan il-proġett tħawwlu diversi siġar maturi li joffru kenn. B'kollox, matul dawn l-aħħar tliet snin, l-aġenzija LESA se tkun investiet €3 miljun fi proġetti fil-lokalitajiet, u kif ħabbarna ftit tal-jiem ilu, din l-aġenzija  reġgħet allokat €3.3 miljun oħra għat-tliet snin li ġejjin. L-impenn tagħna, permezz ta' dawn il-fondi, jibqa' li nagħtu lill-komunitajiet tagħna, lokalitajiet aktar sbieħ u siguri."

Fid-diskors tagħha s-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli faħħret l-impenn tal-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid li għamel użu minn dawn il-fondi addizzjonali sabiex jindirizza bżonn fil-lokalità tiegħu. “Dan il-ġnien ser joffri spazju miftuħ u rikreattiv għar-residenti tal-madwar, fejn jistgħu jqattgħu ħin ta' kwalità."

Is-Segretarju Parlamentari appellat lill-kunsilli lokali sabiex iressqu 'l quddiem proġetti u inizjattivi, li permezz ta' din l-iskema jistgħu jiġu implimentati għat-titjib tal-lokalitajiet u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Is-Sindku ta' Raħal Ġdid, Dominic Grima, irringrazzja l- LESA għas-sostenn tagħha f'dan il-proġett. Huwa qal li inizjattivi bħal dawn ikunu ta' sostenn għall-Kunsilli Lokali

“Grazzi għal dan il-proġett, ir-residenti ta' Raħal Ġdid għandhom spazju miftuħ ieħor fejn jistgħu jirrikreaw lilhom infushom. Dan huwa katina minn għadd ta' proġetti oħra għar-residenti ta' Raħal Ġdid," temm jgħid is-Sindku Grima.

Il-LESA għaddiet mat-€80,000 għal dan il-proġett ta' riġenerazzjoni li kien fost 62 proġett li saru f'Malta u Għawdex tul l-aħħar tliet snin u li fuqhom l-aġenzija investiet aktar minn €3 miljun, migbura minn taħrikiet.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-LESA, Svetlick Flores.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Il-familji jgawdu mir-rinnovar ta’ Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Il-familji jgawdu mir-rinnovar ta’ Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Il-familji jgawdu mir-rinnovar ta’ Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Il-familji jgawdu mir-rinnovar ta’ Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow