AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara analiżi li saret, dawn il-prodotti m’għandomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom livelli elevati ta’ pestiċidi.
| Deskrizzjoni tal-prodotti: | Weraq tad-dielja tal-għeneb fis-salmura (Pickled grape leaves) | |||
| Ditta: | Durra | |||
| Użin: | Dati tad-durabbiltà: | Lottijiet: | ||
| 600g | 28/07/2026 | 1980723 | ||
| 300g | 28/01/2025 | 2080723 | ||
| 1200g | 28/07/2026 | 1540623 | ||
| 425g | 28/07/2026 | 2050723 |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en