Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida fil-Berġa ta’ Kastilja nhar l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru

pr231964
Date Icon 12/12/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta' Kastilja nhar l-Erbgħa 20 ta' Diċembru bejn l-4:00pm u l-5:30pm, għall-awguri tal-festi tal-Milied u tas-Sena l-Ġdida.

Dan qed jitħabbar illum, fil-jum li wieħed jista' jmur u jpoġġi rigal taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja bħala parti mill-inizjattiva 'Rigal bi Mħabba'. Ir-rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja se jkunu jistgħu jibqgħu jitpoġġew sal-21 ta' Diċembru, fejn dakinhar jintlaħaq il-qofol bl-għeluq tar-raba' edizzjoni ta' 'Rigal bi Mħabba'.

Dakinhar u lejliet, fl-20 ta' Diċembru, jiġifieri dakinhar li l-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela se jilqgħu lill-pubbliku għall-awguri tal-festi, fi Pjazza Kastilja se jittella' Villaġġ tal-Milied. Propju fl-20 ta' Diċembru se jittella' kunċert mill-banda tal-Forzi Armati ta' Malta.

Kull min jixtieq jiltaqa' mal-Prim Ministru u ma' Dr Lydia Abela fl-20 ta' Diċembru huwa mitlub jirreġistra d-dettalji tiegħu fuq 22002400/1.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow