Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Malta tappella għall-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjoni tagħha tal-UNSC biex tindirizza l-ħtiġijiet umanitarji f’Gaża u ttenni l-appoġġ tagħha għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati

pr231956
Date Icon 11/12/2023

Waqt li kien qed jipparteċipa fil-Laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saret fi Brussell illum, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg tenna l-appoġġ ta’ Malta lill-Awtorità Palestinjana biex tmexxi Gaża b’mod effettiv, filwaqt li saħaq fuq l-importanza li l-istess awtorità terġa’ tingħata ħajja adegwata. Il-Kunsill għall-Affarijiet Barranin iddiskuta wkoll is-sitwazzjoni f’Iżrael u fir-reġjun, l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u s-sitwazzjoni fis-Saħel.

Il-Ministru Borg qal li huwa kruċjali li nimxu lil hinn mill-’istatus quo’. F’dan ir-rigward, Malta tappoġġa impenn akbar tal-UE mal-imsieħba reġjonali lejn soluzzjoni ta’ żewġ stati. Huwa esprima d-dispjaċir ta’ Malta għall-fatt li l-UNSC ma rnexxielux jadotta riżoluzzjoni li titlob waqfien mill-ġlied, u ħeġġeġ biex isiru aktar sforzi lejn l-implimentazzjoni sħiħa tar-reżoluzzjoni ta’ Malta (UNSC2712). Il-Ministru Borg iddikjara li Malta se tkompli bl-isforzi tagħha sabiex il-UNSC iwassal il-messaġġ dwar waqfien mill-ġlied. Il-Ministru Borg enfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja mwiegħra f’Gaża permezz ta’ ftuħ ta’ kurituri umanitarji ġodda. Issottolinja wkoll il-ħtieġa li nibqgħu konxji għat-tħassib leġittimu ta’ Iżrael dwar is-sigurtà, li jeħtieġ li jiġi indirizzat.

Dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u fid-dawl ta’ deċiżjonijiet importanti li se jiġu diskussi din il-ġimgħa mill-mexxejja tal-UE fil-Kunsill Ewropew aktar tard matul il-ġimgħa, il-Ministru Borg tenna l-appoġġ ta’ Malta għall-Ukrajna permezz tad-diversi miżuri fis-seħħ.

Meta kien qed jindirizza s-sitwazzjoni fis-Saħel, il-Ministru Borg appella għall-intensifikazzjoni tal-isforzi tal-UE biex l-isfidi attwali jinbidlu f’opportunitajiet permezz ta’ approċċ ta’ Tim Ewropa sabiex jiġi żgurat li l-UE tibqa’ impenjata fir-reġjun. Il-Ministru Borg enfasizza wkoll li kooperazzjoni msaħħa ma’ istituzzjonijiet reġjonali bħall-ECOWAS u l-Unjoni Afrikana tibqa’ importanti, kif ukoll mill-ġdid tal-isforzi tal-UE lejn approċċ ta’ pajjiż b’pajjiż.

Fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru Borg ipparteċipa f’laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Armenja, Ararat Mirzoyan.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Malta tappella għall-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjoni tagħha tal-UNSC biex tindirizza l-ħtiġijiet umanitarji f’Gaża u ttenni l-appoġġ tagħha għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Malta tappella għall-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjoni tagħha tal-UNSC biex tindirizza l-ħtiġijiet umanitarji f’Gaża u ttenni l-appoġġ tagħha għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow