STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Information Technology Audit: A Follow-Up on the 2020 IT Audit - ICT Across Local Councils
L-Awditur Ġenerali Charles Deguara llum ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farrugia r-Rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) bl-isem 'Information Technology Audit: A Follow-Up on the 2020 IT Audit - ICT Across Local Councils'.
L-iskop ta' dan l-awditu ta' segwitu kien li jiġi stabbilit it-titjib li sar fis-sistema tal-IT tal-kunsilli lokali minn meta ġie ppubblikat ir-rapport tal-2020, billi jiffoka speċifikament fuq l-azzjonijiet li ttieħdu wara r-rakkomandazzjonijiet li saru fih. Minn 28 rakkomandazzjoni li saru fir-rapport tal-NAO fl-2020, dan l-awditu ta' segwitu sab li 7% tagħhom ġew implimentati b'mod sħiħ, 50% nofs implimentazzjoni, waqt li 43% l-ebda azzjoni.
Dawn li ġejjin huma wħud mill-punti ewlenin tar-rapport:
- Ġestjoni tal-IT – L-NAO faħħar ix-xogħol estensiv li sar mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali (DGL) u mill-Information Management Unit tal-Ministeru (IMU) minn meta ġie ppubblikat l-awditu tal-2020. Madanakollu l-NAO nnota li żewġ uffiċjali tal-ICT biex jassistu s-sitt kunsilli reġjonali f'daqqa żgur mhumiex biżżejjed. Għalhekk l-NAO rrakkomanda li kull wieħed mill-Kunsilli Reġjonali jkollu l-uffiċjal tiegħu.
• Software – L-NAO rrakkomanda li d-Diviżjoni ma ddumx ma tadotta accounting software ċentralizzat u payroll system unifikata għall-kunsilli lokali kollha.
• It-traċċar tal-ilmenti tal-klijenti u l-posta li tkun daħlet– L-NAO faħħar lid-Diviżjoni għall-mod kif żviluppat complaints workflow form u ħeġġeġ għall-implimentazzjoni immedjata tagħha.
• Midja Soċjali – Bil-għan li jkun hemm aktar komunikazzjoni effettiva mar-residenti, l-NAO rrakkomanda li d-Diviżjoni taħtar persuna, kemm għaliha stess kif ukoll għall-kunsill reġjonali, biex tara li l-kontenut tal-websites ikun aġġornat regolarment.
• Streaming Live u On-Demand – L-NAO ssuġġerixxa li l-kunsilli reġjonali, b'kollaborazzjoni mad-Diviżjoni, jiżguraw regolarment li l-kwalità ta' streaming live u on-demand tal-laqgħat tal-kunsilli lokali tkun waħda tajba.
• Pagamenti On-line – L-NAO faħħar iż-żieda fl-użu ta' ħlasijiet on-line u ssuġġerixxa li din il-prattika tissaħħaħ aktar biex titjieb il-kontabilità u t-traċċabilità.
Biex tara dan ir-rapport sħiħ, żur www.nao.gov.mt jew il-paġna uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) www.facebook.com/NAOMalta.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en