Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jinħatar kummissarju ġdid għall-anzjani

pr231941
Date Icon 07/12/2023

Dr Alexander Attard M.B., Ch.B. (Homs, Leads), FRCS Ed, Ch.M (Leeds) qed jinħatar bħala l-Kummissarju ġdid għall-Anzjani. Huwa se jibda jokkupa din il-kariga mil-lum, is-7 ta' Diċembru 2023.


Dr Alexander Attard studja l-mediċina fl-Università ta' Malta u l-Università ta' Leeds fir-Renju Unit. Huwa beda jaħdem bħala kirurgu fl-Università ta' Malta u l-Isptar San Luqa fl-1993. F'dan l-isptar huwa waqqaf iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trapjanti tal-Kliewi (Renal Transplantation and & Dialysis Access Services). Dan is-servizz nazzjonali sar awtonomu. Fil-qasam tal-kirurġija huwa introduċa f'Malta dawn il-proċeduri innovattivi; Live Donor Renal Transplantation, Carotid Endarterectomy, Distal Limb Calvage Procedure u Laparoscopic Endocrine Surgical Procedure. Minbarra dan, kien awtur ta' studju dwar l-uġigħ, li huwa ċitat bħala wieħed mill-mitt l-aktar artikli importanti u influwenti fid-dinja tal-kirurġija.


Wara karriera twila fil-kura akuta ta' mijiet ta pazjenti, bil-maġġor parti tagħhom anzjani, Dr Attard irtira mis-servizz pubbliku aktar kmieni din is-sena u huwa impenjat li jassumi l-irwol sensittiv ta' Kummissarju għall-persuni anzjani.


Il-Ministru Jo Etienne Abela awgura lil Dr Attard għal din il-kariga ġdida, filwaqt li rringrazzja lill-Professur Godfrey Laferla tax-xogħol siewi tiegħu fil-qadi ta' dmirijietu f'din il-kariga.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jinħatar kummissarju ġdid għall-anzjani
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow