Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU It-turiżmu sportiv mistenni jiġġenera 12,500 bed night fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla

pr231939
Date Icon 07/12/2023

It-tim tal-futbol tan-nisa ta' Manchester United ser jerġa' jżur pajjiżna għat-tieni training camp bejn it-3 u t-8 ta' Jannar tas-sena d-dieħla. F'din iż-żjara, ser tintlagħab partita ta' ħbiberija bejn it-tim tan-nisa ta' Manchester United u t-tim tan-nisa ta' PSV Eindhoven, fl-Istadium Tony Bezzina fil-5 ta' Jannar 2024. Dan it-training camp huwa frott tas-sħubija li teżisti bejn VisitMalta u Manchester United.

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, Malta se tospita diversi timijiet barranin li ser ikunu f'pajjiżna għal training camps u tournaments. Dawn l-inizjattivi ser jiġġeneraw ukoll viżibilità fuq it-televiżjoni u l-mezzi diġitali f'pajjiżi bħall-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Awstrija, is-Slovakkja u l-Olanda.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u l-Manager ta' Qmedia Helmut Amhof.

Il-Ministru Clayton Bartolo qal li matul din is-sena t-turiżmu sportiv kien kontributur importanti biex jiġu attirati viżitaturi f'xhur li sa ftit tas-snin ilu ma kinux tradizzjonalment assoċjati mat-turiżmu.

“Għall-ewwel xhur tas-sena d-dieħla qed nistmaw li mit-turiżmu sportiv jiġu ġġenerati 12,500 bed night. Is-sinifikat ta' dawn it-turnej u t-training camps huwa wieħed importanti. It-tendenza tan-nies li jiġu f'pajjiżna għal dawn l-attivitajiet hija li jħallu nefqa akbar fil-pajjiż ikkumparat ma' oqsma oħrajn fil-prodott turistiku. L-għan tagħna jibqa' li nkomplu niddiversifikaw il-prodott turistiku billi anke nattiraw turist ta' kwalità ogħla," irrimarka l-Ministru Bartolo.

Il-Kap Eżekuttiv Carlo Micallef semma li għaddejja ħidma kontinwa sabiex pajjiżna jingħata viżibilità fuq skala internazzjonali. Qal li permezz tal-ftehim bejn il-brand VisitMalta u Manchester United ser ikunu jistgħu jkomplu jistabbilixxu r-reputazzjoni ta' pajjiżna fil-qasam tat-turiżmu sportiv; dan filwaqt li jiżdiedu wkoll l-entużjażmu u l-għarfien tas-sbuħija tal-prodott turistiku Malti, mal-miljuni ta' ammiraturi ta' Manchester United.

Helmut Amhof, il-Manager ta' QMedia, qal li Malta qed tiffoka fuq it-turiżmu sportiv matul ix-xhur tax-xitwa, bl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tappoġġa t-tħejjija għal aktar avvenimenti internazzjonali tal-futbol. “Manchester United Women ser jorganizzaw it-tieni kamp ta' taħriġ tagħhom f'Malta fuq perjodu ta' 12-il xahar, u jenfasizzaw ir-reputazzjoni tal-pajjiż bħala destinazzjoni sportiva ewlenija. It-tim tan-nisa ta' PSV Eindhoven ukoll ser jorganizzaw il-kamp ta' taħriġ f'Malta, u ser jilagħbu kontra t-tim tan-nisa ta' Manchester United f'logħba ta' ħbiberija matul l-ewwel ġimgħa ta' Jannar."

Is-Sur Amhof qal ukoll li apparti din il-partita ta' ħbiberija, ser tiġi organizzata s-sitt edizzjoni tat-Tipsport Malta Cup f'Jannar li ġej, bis-sehem ta' klabbs mir-Repubblika Ċeka, mis-Slovakkja u mill-Awstrija, segwiti mill-partiti ta' ħbiberija internazzjonali tan-nisa fi Frar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU It-turiżmu sportiv mistenni jiġġenera 12,500 bed night fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU It-turiżmu sportiv mistenni jiġġenera 12,500 bed night fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU It-turiżmu sportiv mistenni jiġġenera 12,500 bed night fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU It-turiżmu sportiv mistenni jiġġenera 12,500 bed night fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow