Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Aktar minn 300 student jiggradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi

pr231917
Date Icon 05/12/2023

Aktar minn 300 student iggradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS). L-imsemmija studenti iggradwaw minn korsijiet li jibdew fil-livell ta’ Foundation sa Master’s Degree. Għall-ewwel darba, din is-sena kien hemm numru ta’ persuni li iggradwaw f’Bachelors of Science in Diving Safety Management, kors edukattiv uniku fid-dinja u li jiġi mgħallem biss f’Malta.

Din iċ-ċerimonja f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, ġiet ippreseduta mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech, id-Deputat Chairperson tal-ITS Michelle Muscat fil-preżenza ta’ letturi fi ħdan l-istess Istitut, ħaddiema fl-amministrazzjoni, gradwati u mistednin distinta. 

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Clayton Bartolo qal li dawn l-istudenti huma l-aqwa ambaxxaturi li jista’ jkollu pajjiżna fid-dinja turistika. “Dawn il-gradwati li għandna hawnhekk għandhom l-iskills pass ewlieni fl-industrija tal-ospitalità. Apparti l-ħiliet tagħhom li jmorru lil hinn mill-arti kulinarja u dik amministrattiva, għandhom il-potenzjal li jkunu ta’ eżempju għal kull min ser jingħaqad f’din l-industrija jew saħansitra jeħtieġ it-taħriġ biex ikun jista’ jidħol fiha,” saħaq il-Ministru Clayton Bartolo. 

Huwa temm jgħid li l-Gvern huwa kommess li jkompli jinvesti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi biex jiġi assigurat li l-futur turistiku ta’ pajjiżna jkun mibni fuq workforce ta’ ħiliet fost l-ispettru kollu tal-industrija tal-ospitalità. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Aktar minn 300 student jiggradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Aktar minn 300 student jiggradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Aktar minn 300 student jiggradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow