Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Iffirmat ftehim għal aktar investiment f’apparat teknoloġiku għal persuni neqsin mill-viżta

pr231914
Date Icon 04/12/2023

Illum ġie ffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġija Informatika (FITA) u l-Malta Trust Foundation. Dan il-ftehim għandu l-għan li jipprovdi aktar investiment għal apparat teknoloġiku modern li permezz tiegħu persuni neqsin mill-viżta, kemm jekk tfal, żgħażagħ jew adulti, ikollhom il-faċilità li jitħarrġu u jtejbu l-kwalità ta' ħajja tagħhom.

L-iffirmar tal-ftehim sar fil-preżenza tal-Ministru Julia Farrugia Portelli, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti, u ċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation Marie Louise Coleiro Preca.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli saħqet li dan il-ftehim iħaddan tliet prinċipji importanti: li s-soċjetà Maltija trid tibqa' tħaddan il-jeddijiet tal-inklużjoni, tal-ugwaljanza, u tal-indipendenza. “Ma jista' qatt ikollna inklużjoni jekk ma noffrux spalla fl-aktar mumenti meħtieġa," saħqet il-Ministru Farrugia Portelli, filwaqt li tenniet li dan il-ftehim qed jiġi ffirmat proprju waqt il-ġimgħa internazzjonali ta' għarfien dwar id-diżabilità u lejliet il-jum internazzjonali tal-volontarjat.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti tkellem ukoll dwar l-importanza ta' ftehim ta' dan it-tip bil-għan aħħari li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. “Il-FITA ilha taħdem għal dawn l-aħħar snin ma' diversi entitajiet, għaqdiet pubbliċi u privati, u persuni oħra sabiex tipprovdi l-aħjar servizz lill-persuni vulnerabbli jew b'diżabilità." Huwa feraħ lill-FITA u l-Malta Trust Foundation għal din il-kollaborazzjoni u ħeġġeġ aktar għaqdiet jew persuni sabiex jagħmlu aktar użu mis-servizzi li toffri l-FITA għall-aċċessibilità tat-teknoloġija informatika.

Min-naħa tagħha, iċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li “Il-kollaborazzjoni hi meħtieġa, għax meta naħdmu flimkien, l-impatt u r-riżultati jkunu ferm aktar b'saħħithom u sostenibbli, għal persuni fil-bżonn."

Il-Kap Eżekuttiv tal-FITA Carlo Stivala tenna li permezz ta' dan il-ftehim se jkunu qed joffru t-taħriġ meħtieġ fuq apparat innovattiv għal persuni vulnerabbli jew b'diżabilità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Iffirmat ftehim għal aktar investiment f’apparat teknoloġiku għal persuni neqsin mill-viżta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Iffirmat ftehim għal aktar investiment f’apparat teknoloġiku għal persuni neqsin mill-viżta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Iffirmat ftehim għal aktar investiment f’apparat teknoloġiku għal persuni neqsin mill-viżta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow