Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imwettaq 50% tal-Pjan Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal

pr231908
Date Icon 04/12/2023

F'sena waħda, aktar minn 100 miżura soċjali, li huma parti mill-Pjan Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal, ġew implimentati f'erba' oqsma ewlenin, li minnhom 29 miżura huma relatati mal-protezzjoni soċjali, 34 miżura fir-rigward tal-edukazzjoni, 38 miżura relatati mal-kura tas-saħħa u 7 miżuri relatati ma' akkomodazzjoni adegwata.

Dan il-Pjan ta' Azzjoni, li ġie ppublikat fl-2022, huwa wieħed mill-għodod tal-Gvern biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tat-tfal, b'mod partikolari t-tfal vulnerabbli, u huwa essenzjali biex jinkiser iċ-ċiklu tal-faqar u tiġi żgurata soċjetà aktar inklussiva.

Ħabbar dawn id-dettalji l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet, li matulha ngħata rendikont tal-progress illi sar matul dawn l-aħħar xhur sabiex ikun żgurat illi t-tfal jingħataw l-aħjar opportunitajiet biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

“Qed ninvestu €145 miljun fuq ħames snin biex jiġu implimentati u sostnuti l-miżuri deskritti fil-pjan. Qed nagħmlu dan għax nemmnu illi nkunu kontinwament ta' spalla ma' dawk l-aktar vulnerabbli, sabiex jimmasimizzaw il-potenzjal tagħhom", stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Mark Musu tkellem dwar l-importanza tal-istadju tat-tfulija, li huwa kkaratterizzat minn vulnerabbiltà relattiva u diversi sfidi, speċjalment għal dawk it-tfal li qed jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali.

“F'dawn l-aħħar snin, għamilna diversi sforzi sabiex jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll biex jiġu promossi u infurzati d-drittijiet tat-tfal. Dan wassal biex mill-2013 sal-lum, it-tfal f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali niżlu għal 19,000 minn 25,000; dawk it-tfal f'deprivazzjoni materjali naqsu għal 7,000 minn 16,000; filwaqt li tfal f'deprivazzjoni materjali severa niżlu minn 9,000 għal 3,700," temm jgħid is-Segretarju Permanenti Mark Musu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imwettaq 50% tal-Pjan Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imwettaq 50% tal-Pjan Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imwettaq 50% tal-Pjan Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow