Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL: Ċekk ieħor lill-ħaddiema tal-privat u self-employed li jaħdmu ħinijiet atipiċi

pr231903
Date Icon 03/12/2023

Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol iħabbar li minn għada, it-Tnejn 4 ta' Diċembru 2023, madwar 25,000 ħaddiem tal-privat u self-employed se jibdew jirċievu bil-posta d-dar ċekk ieħor ta' €150. Minn dan il-benefiċċju jgawdu ħaddiema u self-employed fis-settur privat li jaħdmu bix-xift, fi tmiem il-ġimgħa jew wara s-sitta ta' filgħaxija u li d-dħul tagħhom ma jeċċedix l-€20,000 fis-sena.

Din il-miżura li ġiet introdotta fil-Budget 2022 se tkun ħalliet fil-bwiet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin madwar €10 miljun f'sentejn. Dan iċ-ċekk jingħata kemm lill-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi full-time u kif ukoll lil dawk il-ħaddiema li l-impjieg part-time tagħhom huwa l-impieg primarju.

Is-setturi eliġibbli f'din l-iskema huma l-Akkomodazzjoni u s-Servizzi tal-Ikel; is-Servizzi Amministrattivi u ta' Sapport; il-Manifattura; it-Trasport u l-Ħażna; u l-Bejgħ bl-Ingrossa u bl-Imnut. Il-benefiċjarji jridu jkunu ilhom jaħdmu mal-istess intrapriża minn tal-inqas sitt xhur matul is-sena 2022.

Għal aktar informazzjoni wieħed huwa mħeġġeġ iċempel fuq freephone 153.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow