Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Imħabbra r-rebbieħa tas-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti

pr231902
Date Icon 02/12/2023

F'ċerimonja organizzata mill-Kunsill Malti għall-Arti fit-Teatru Manoel, ġew imħabbra r-rebbieħa tal-Premju għall-Arti ta' din is-sena.

Il-Premju għall-Arti huwa ċelebrazzjoni tal-kisbiet maġġuri tas-setturi kulturali u kreattivi Maltin, fejn jippremja l-eċċellenza fil-qasam tal-kultura u l-arti, filwaqt li jinkoraġġixxi aktar professjonaliżmu u distinzjoni fis-settur.

Din hija s-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti u għall-edizzjoni ta' din is-sena, il-Kunsill Malti għall-Arti rċieva 150 nominazzjoni eliġibbli. Għal kull kategorija, intgħażlu 5 finalisti li minnhon ġie mħabbar rebbieħ matul is-serata tal-għoti tal-premjijiet.

Din l-edizzjoni tal-Premju għall-Arti kellha 17-il premju, li minnhom 14 huma kompetittivi, u 3 onorarji. Din l-edizzjoni rat ukoll parteċipazzjoni ikbar mill-udjenza, fejn huma kkontribwew 25% tal-vot għal 4 kategoriji, cioè l-Aqwa xogħol għal Tfal u Żgħażagħ, l-Aqwa Proġett fil-Komunità, l-Aqwa Kisbiet Internazzjonali, u l-Aqwa Intrapriża Kreattiva u Innovattiva. Madwar 3,500 vot pubbliku ġew imressqa f'din l-edizzjoni.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal “Din is-serata tkompli tibni fuq l-importanza tas-settur kulturali u kreattiv, settur li huwa multi dimensjonali, kif ġie muri biċ-ċar illum." Huwa semma d-diversi aspetti tas-settur, li huma riflessi fl-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti kif ukoll fid-diversi premjijiet li ġew mogħtija, inkluż il-kreattività, l-innovazzjoni, il-komunitajiet, l-edukazzjoni, l-iżvilupp, u l-internazzjonalizzazzjoni.

Albert Marshall, iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, awgura lil dawk kollha nominati u rringrazzjahom talli huma parti integrali mis-settur. “Permezz tal-ħidma tal-Kunsill qed inkomplu fit-tisħiħ tal-istatus tal-artisti u l-prattikanti kulturali, u tas-settur innifsu, u kommessi li nkomplu nsaħħu dan is-settur sabiex ikompli joħloq u jiffjorixxi."

Ir-rebbieħa tas-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti huma:

L-aqwa xogħol għal tfal u żgħażagħ

Shakeshorts - Chris Dingli

L-aqwa proġett fil-komunità 

(B')Saħħtek - MCAST

L-aqwa programm jew staġun artistiku 2021-2022

L-istaġun ta' Teatru Malta - Teatru Malta

L-aqwa programm jew staġun artistiku 2022-2023

Il-Programm ta' Spazju Kreattiv - Spazju Kreattiv

L-aqwa produzzjoni - Teatru

It-Teatru tal-Miskin - Saydon Studio

L-aqwa produzzjoni - Żfin

Frida - My Two Accidents - Moveo Dance Company

L-aqwa produzzjoni - Arti Viżiva

Spaces in Suspension - Joseph Smith and Therese Debono

L-aqwa produzzjoni - Multidixxiplinarja

Decadence, Now - City of Art

L-aqwa produzzjoni - Mużika

Nomad - William Smith

L-aqwa intrapriża kreattiva u innovattiva

Moveo Dance Company

Premju għall-prattikant kreattiv żagħżugħ/a

Ann-Marie Buckle

Premju għall-prattikant kreattiv

Luke Saydon

L-aqwa kisbiet internazzjonali

Urban Fabric - Open Square Collective

Premju għat-tisħiħ artistiku nazzjonali

Il-Qfil u l-Ħelsien Skont Manwel Dimech - Teatru Malta

Unur għall-karriera artistika 

Doreen Galea

Unur għall-promuturi kulturali 

Dame Janatha Stubbs

Unur għall-wirt artistiku

Ħaġar

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Imħabbra r-rebbieħa tas-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Imħabbra r-rebbieħa tas-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Imħabbra r-rebbieħa tas-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow