Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT ‘Tisjir mill-Qalb’ din is-sena jiffoka fuq id-diplomazija u l-gastronomija

pr231892
Date Icon 01/12/2023

Il-President George Vella segwa l-proċess tal-istampar tal-pubblikazzjoni 'Tisjir mill-Qalb 2023' ftit jiem qabel ma toħroġ għall-bejgħ b'risq The Malta Community Chest Fund.

It-tema magħżula għall-aħħar edizzjoni ta' 'Tisjir mill-Qalb' f'din il-presidenza twaħħad id-diplomazija mal-gastronomija. Il-President ta' Malta George Vella rringrazzja lill-ambaxxaturi u lill-kummissarji għolja residenti f'Malta tal-kontribut kbir tagħhom permezz ta' riċetti tipiċi tal-pajjiżi tagħhom. “Id-dinja globalizzata li ngħixu fiha llum tagħtina aċċess ferm iktar wiesa' għal riċetti barranin. Din l-aċċessibilità tgħin sabiex inkunu nistgħu nifhmu iktar lil xulxin u napprezzaw aħjar il-wirt kulturali u gastronomiku ta' pajjiżi differenti madwar id-dinja", stqarr il-President waqt li żar l-istamperija tal-kumpanija Best Print.

Il-koordinatur tal-ktieb, Dr Paulino Schembri, qal li 'Tisjir mill-Qalb' din is-sena jinseġ l-ikel u l-kultura flimkien b'ġabra ta' riċetti tradizzjonali minn pajjiżi li forsi qatt mhu se jkollna l-opportunità li nżuru. Il-ktieb jiġbor riċetti minn 20 pajjiż differenti lkoll magħmula minn ingredjenti li nsibu fi ħwienet lokali.

'Tisjir mill-Qalb 2023', li din is-sena għandu dehra ġdida, qed jiġi stampat bil-Malti u bl-Ingliż u se jkun għall-bejgħ għall-prezz ta' €15 mill-Uffiċċji tal-Malta Community Chest Fund, The President's Kitchen Garden, Agenda Bookshop, mill-fergħat tal-Maltapost, mill-ħwienet tal-Maypole, u minn Pavi - Pama Supermarkets.

Il-President George Vella u s-Sinjura Vella se jkunu qed jiffirmaw kopji tal-ktieb 'Tisjir mill-Qalb' fil-kumpless Tignè Point f'Tas-Sliema nhar is-Sibt 9 ta' Diċembru bejn il-11:00am u s-siegħa ta' waranofsinhar.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT ‘Tisjir mill-Qalb’ din is-sena jiffoka fuq id-diplomazija u l-gastronomija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT ‘Tisjir mill-Qalb’ din is-sena jiffoka fuq id-diplomazija u l-gastronomija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT ‘Tisjir mill-Qalb’ din is-sena jiffoka fuq id-diplomazija u l-gastronomija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT ‘Tisjir mill-Qalb’ din is-sena jiffoka fuq id-diplomazija u l-gastronomija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow