Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jittella’ kunċert b’mużika tal-kompożitur Malti Girolamo Abos f’Kyiv, l-Ukrajna

pr231887
Date Icon 01/12/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Aġent Ministru tal-Kultura u l-Politika tal-Informazzjoni tal-Ukrajna Rostyslav Karandieiev attendew għal kunċert li ttella' f'Kyiv, l-Ukrajna, minn mużiċisti u koristi Ukreni.

Dan il-kunċert, li kien taħt id-direzzjoni tad-Direttur mużikali Mro. Nancy Milesis Romanio, wassal repertorju barokk magħmul minn kompożizzjonijiet tal-kompożitur Malti Girolamo Abos.

Is-serata mużikali serviet bħala turija ta' solidarjetà lejn il-poplu Ukren u esebiet ukoll il-wirt mużikali għani ta' Malta.

Il-preżenza tal-Ministru Bonnici f'Kyiv enfasizzat is-sinifikat tat-tħaddim tal-arti u l-kultura bħala mezz għad-djalogu u koperazzjoni bejn il-pajjiżi. Dan il-kunċert huwa xhieda wkoll tal-impenn ta' Malta biex trawwem konnessjonijiet permezz tal-kultura u l-arti.

Matul is-serata, apparti l-kompożizzjonijiet ta' Abos ġew ippreżentati wkoll xogħlijiet mill-pinna ta' Antonio Vivaldi.

Dan l-avveniment isegwi s-suċċess tal-kunċert li l-istess mużiċisti Ukreni kellhom fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta taħt il-gwida ta' Mro. Milesis Romano.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jittella’ kunċert b’mużika tal-kompożitur Malti Girolamo Abos f’Kyiv, l-Ukrajna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jittella’ kunċert b’mużika tal-kompożitur Malti Girolamo Abos f’Kyiv, l-Ukrajna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jittella’ kunċert b’mużika tal-kompożitur Malti Girolamo Abos f’Kyiv, l-Ukrajna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow