Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada se jitla’ s-siparju fuq Playcon 2023

pr231878
Date Icon 29/11/2023

Għada se tiftaħ uffiċjalment l-expo fuq il-videogames u esports,  Playcon. Din hija t-tielet edizzjoni ta’ din l-expo u l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun akbar minn qabel.

Waqt li llum żar l-aħħar preparamenti ta’ din l-expo, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Silvio Schembri, qal li Playcon hija prova ċara li l-industriji tal-video game development u esports huma realtà f’pajjiżna u qegħdin ikomplu jikbru.

“Fl-2018, meta flimkien ma’ Gaming Malta nedejna l-istrateġija dwar video games u esports, kienet ħolma. Iżda llum, erba’ snin wara, pajjiżna attira ismijiet kbar f’dan is-settur, Dorado Games, Narc, Exient, Keyword Studios, ESL, fost l-oħrajn. Diġà għandna madwar 25 kumpanija u ’l fuq minn 250 persuna jaħdmu direttament fis-settur. Playcon, bis-sehem tal-industrija u anke istituzzjonijiet edukattivi li joffru korsijiet għal aktar taħriġ f’dawn l-oqsma, huma xhieda ta’ fejn qegħdin u ’l fejn irridu nkomplu nimxu,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Intant, matul il-jiem tal-Ħamis u l-Ġimgħa, Playcon se tkun miftuħa għall-istudenti, fejn madwar 3,000 student minn 320 skola differenti mistennija jżuru din l-expo u jitgħallmu aktar dwar l-industrija tal-videogame development u l-opportunitajiet diversi ta’ impjiegi li din l-industrija toffri. 

Fi tmiem il-ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, Playcon se tkun miftuħa għall-pubbliku bla ħlas bejn l-10.30am u s-6.30pm. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada se jitla’ s-siparju fuq Playcon 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada se jitla’ s-siparju fuq Playcon 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada se jitla’ s-siparju fuq Playcon 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada se jitla’ s-siparju fuq Playcon 2023
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow