Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Ħames snin ta’ suċċessi fl-innovazzjoni diġitali

pr231877
Date Icon 29/11/2023

Tittella’ l-konferenza Ħamsa biex timmarka l-ħames snin mit-twaqqif tal-MDIA

F’konferenza bl-isem ta’ Ħamsa, biex tfakkar il-ħames snin minn meta ġiet imwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA), ingħatat ħarsa lejn is-suċċessi u l-qabża ’l quddiem li pajjiżna għamel f’dan il-qasam.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri qal li lura fl-2018 kien mexxa ’l quddiem l-Att dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta, l-Att dwar l-Assi Finanzjarji Virtwali u l-Att dwar Arranġamenti u Servizzi ta’ Teknoloġija Innovattiva,  li fasslu t-triq ’il quddiem għal pajjiżna fil-qasam tal-innovazzjoni.

“Kien grazzi għal dak li għamilna ħames snin ilu u bil-ħidma tal-MDIA li Malta illum hija meqjusa hub f’eċċellenza diġitali. Bħala pajjiż sibna l-bilanċ bejn ir-regolamentazzjoni, l-innovazzjoni, il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur biex dawk kollha involuti f’dawn is-setturi jkunu jistgħu jaħdmu u jimirħu f’ambjent li jmexxi ’l quddiem it-teknoloġija avvanzata b’mod sigur,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Il-Ministru fakkar kif Malta kienet l-ewwel pajjiż li għamel qafas regolatorju għall-assi finanzjarji virtwali, bħall-industriji blockchain u crypto. Illum dawn il-liġijiet qed ikunu addottati mal-Unjoni Ewropea kollha. 

“L-MDIA kienet strumentali biex ikollna 6 proġetti pilota f’entitajiet governattivi, f’oqsma varji li jaħdmu bl-intelliġenza artifiċjali, b’investiment ta’ €4.1 miljun. Is-sena d-dieħla se nkunu qed nirrevedu l-politika tagħna dwar l-Intelliġenza Artifiċjali biex tirrifletti l-ħtiġijiet tal-lum,” tenna l-Ministru Schembri.

L-edukazzjoni u taħriġ jibqgħu pedina importanti biex pajjiżna jibqa’ javvanza ’l quddiem fl-innovazzjoni u l-MDIA flimkien ma’ entitajiet oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, it-Tech.mt u l-eSkills Foundation, mexxew Bootcamp u Summer School biex tħeġġeġ aktar studenti jitgħallmu fuq it-teknoloġiji avvanzati li hawn madwarna. Minbarra hekk permezz tal-Pathfinder, l-MDIA qed tkompli tgħin lill-istudenti f’boroż ta’ studju fl-oqsma tal-Intelliġenza Artifiċjali, sigurtà tal-informazzjoni, robotika, quantum computing u machine learning. “B’hekk, minn issa, inkunu qed inkomplu niżirgħu t-talent li għandna bżonn għada,” qal il-Ministru Schembri.

Matul is-sena li ġejja, l-MDIA, se tkun qed twaqqaf DiHubmt, post li se jgħin lill-istart-ups fit-triq tagħhom biex jiżviluppaw il-prodotti innovattiva tagħhom. Fost oħrajn f’DiHubmt  se jkun hemm High Performance Computing. 

Il-Ministru Silvio Schembri awgura lill-MDIA li tkompli fit-triq tagħha u tmexxi lill-pajjiżna fuq quddiem nett fir-revoluzzjoni diġitali li qegħdin ngħixu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Ħames snin ta’ suċċessi fl-innovazzjoni diġitali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow