Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Imniedi s-sit elettroniku ġdid tal-Bord tal-Liċenzjar tas-Suq tal-Propjetà

pr231867
Date Icon 28/11/2023

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi nieda s-sit elettroniku ġdid tal-Bord tal-Liċenzjar tas-Suq tal-Propjetà (Real Estate Licensing Board).

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi spjega li permezz ta' dan is-sit elettroniku qed tingħata informazzjoni għal min jixtieq japplika biex jaħdem bħala aġent tal-propjetà, sensar tal-propjetà, maniġer ta' fergħa jew konsulent tal-propjetà, fost oħrajn. Fl-istess waqt, permezz ta' dan is-sit elettroniku l-konsumaturi jistgħu faċilment jivverifikaw jekk min qed ibigħilhom il-propjetà għandux liċenzja skont il-liġi.

Huwa qal li sal-lum ġew approvati kważi 1,400 liċenzja. Dawn jikkonsistu f'150 aġent tal-propjetà, 104 maniġers tal-fergħa, 880 konsulenti tal-propjetà u 229 sensara tal-propjetà. Dan filwaqt li n-numru ta' kumpaniji tal-propjetà li jintermedjaw fil-propjetà jammonta għal 141.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi semma kif mill-bieraħ beda l-proċess li permezz tiegħu qed jitqassmu l-liċenzji b'mod fiżiku. Permezz ta' dan is-sit elettroniku l-liċenzja ser tkun suġġetta għal skrutinju aktar rigoruż u dan se jkun kumplimentat minn qafas legali aktar ċar u mifhum li se jirregola u jinforza s-settur.

“In-numru ta' liċenzji jindika li l-attività f'din l-industrija mhix żgħira u għalhekk dan huwa pass ieħor biex tkompli tissaħħaħ ir-regolamentazzjoni f'dan is-settur," temm  jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Min-naħa tiegħu, Joseph Deguara, il-Kap tal-Unit tal-Liċenzjar tas-Suq tal-Propjetà, rrimarka kif dan is-sit elettroniku l-ġdid qed jagħmilha iktar faċli għall-intermedjarji tal-proprjetà biex jaċċessaw l-applikazzjonijiet u kull informazzjoni oħra li għandhom bżonn. Spjega wkoll li dan is-sit elettroniku qiegħed jintroduċi servizzi ġodda bħal sistema ġdida ta' ilmenti, kif ukoll aċċess għar-reġistru ta' intermedjaturi liċenzjati.  Il-pubbliku ser ikun jista' jaċċessa dan ir-reġistru billi jdaħħal in-numru tal-karta tal-identità tal-intermedjarji jew inkella n-numru tal-liċenzja kif maħruġ mill-Bord tal-Liċenzjar tas-Suq tal-Propjetà.

Is-sit elettroniku l-ġdid huwa: https://realestateregistration.gov.mt/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Imniedi s-sit elettroniku ġdid tal-Bord tal-Liċenzjar tas-Suq tal-Propjetà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Imniedi s-sit elettroniku ġdid tal-Bord tal-Liċenzjar tas-Suq tal-Propjetà
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow