STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA L-ewwel OCR miftuħa għal pubbliku fil-Park ta’ San Klement
L-ewwel korsa tal-ostakli pubblika f'Malta issa miftuħa ġewwa l-Park ta' San Klement f'Ħaż-Żabbar. Il-korsa hija mifruxa fuq 2,700 metru kwadru, u tipprovdi lill-isportivi tal-OCR bl-opportunità li jipprattikaw l-isport favorit tagħhom f'park pubbliku.
Il-park huwa mgħammar b'10 ostakli differenti bħal climbing nets u ninja step plates, bi gwida ta' kif wieħed għandu jużahom. Din il-korsa tista' tintuża minn persuni li għandhom 13-il sena 'l fuq u hija aċċessibbli għal kulħadd. Din l-OCR fiha sekwenza ta' sfidi interkonnessi li huma mmirati biex irawmu s-saħħa fiżika, l-aġilità u l-koordinazzjoni.
Dan l-investiment minn Project Green sar bil-għan li joħloq spazju komunitarju għal dan it-tip ta' sport li qed jiżdied fil-popolarità tiegħu. Għall-inawgurazzjoni tal-OCR, Project Green ingħaqdet ma' Bulletproof, fejn il-Ħadd li għadda offrew workshop għal dawk preżenti.
Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli esprimiet l-impenn tal-Gvern biex jżid aktar spazji miftuħa u biex dawn iż-żoni jintużaw bl-aħjar mod biex jattiraw viżitaturi ta' etajiet varji. “Hekk kif l-OCR qed jkun wieħed mill-isports favoriti, qed noffru spazju fejn wieħed jista' jipprattika dan l-isports fil-libertà tiegħu. Dan l-ispazju miftuħ qed ikompli jinkoraġġixxi komunità aktar b'saħħitha filwaqt li joffri opportunità ta' kif l-ispazji miftuħa jistgħu jiġu użati," qalet il-Ministru.
“Entużjasti naraw it-trasformazzjoni ta' din iż-żona fi spazju li jinkoraġġixxi attività fiżika. Dan huwa dak li qed nagħmlu bħala Project Green, li nżidu aktar l-involviment tal-komunità filwaqt li nkompli niġġeneraw aktar spazji miftuħa," qal il-Kap Eżekuttiv ta' Project Green Steve Ellul.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en