Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Wirja artistika fil-Parlament ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza

pr231864
Date Icon 27/11/2023

Illejla, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura esebizzjoni b’risq id-Dar tal-Providenza. 

F’diskors tal-okkażjoni, l-Ispeaker irrefera għall-ħidma li wettaq il-Monsinjur Mikiel Azzopardi, li ddiskrivieh bħala pijunier li għallem u ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi jibdel l-attitudni tiegħu lejn il-persuni b’diżabilità hekk kif il-persuni b’diżabilità kienu mwarrba, esklużi, saħansitra mill-istess familjari tagħhom filwaqt li nissel fil-poplu mħabba u devozzjoni lejn il-persuni b’diżabilità u l-morda.

L-Ispeaker irringrazzja lill-artisti kollha, kemm Maltin u barranin, tal-ġenerożità kbira tagħhom, kif ukoll lill-dawk li jieħdu ħsieb persuni b’diżabilità f’pajjiżna u lir-residenti fid-Dar tal-Providenza.  

Din l-okkażjoni kienet indirizzata wkoll mid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr. Martin Micallef. Fost dawn kien hemm għadd ta’ artisti li taw l-opri artistiċi tagħhom biex jinġabru fondi meħtieġa b’risq id-Dar tal-Providenza.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Wirja artistika fil-Parlament ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Wirja artistika fil-Parlament ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Wirja artistika fil-Parlament ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Wirja artistika fil-Parlament ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow