Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr231862
Date Icon 27/11/2023

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jirreferi għall-istqarrija tal-Malta Union of Teachers li fiha kien ikkomunikat li l-MUT se tkun qed tissospendi d-direttivi fl-iskejjel. Għalhekk, il-Ministeru jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li għada t-Tlieta l-edukaturi u l-istudenti se jkunu lura l-iskola biex ikomplu l-perkors edukattiv tagħhom.

Il-Gvern baqa’ konsistenti dejjem favur id-djalogu u l-bżonn li d-diskussjoni ssir madwar il-mejda. 

Huwa għalhekk li ġaladarba d-direttivi se jkunu qed jiġu sospiżi, il-gvern jemmen li d-diskussjonijiet jistgħu ikomplu u fil-fatt diġà ġiet skedata laqgħa għal għada stess.

Il-Gvern jibqa’ impenjat li jtejjeb b’mod sostanzjali l-kundizzjonijiet tal-edukaturi kif imwiegħed. Impenn li ma naqas qatt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow