STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Dr George Marius Hyzler, Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, iżur l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
Illum, 27 ta' Novembru 2023, Dr George Marius Hyzler, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), flimkien mal-kumplament tad-delegazzjoni tiegħu magħmula minn Mr Romuald Kayibanda, Chef de cabinet, is-Sinjura Annette Farrugia, Attachè u Dr Nikola Soukmandjiev, Membru tal-Kabinett, għamlu żjara fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, il-Furjana. Mal-wasla, ġew milqugħa mis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali, u s-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali.
Din iż-żjara serviet biex Dr Hyzler jippreżenta formalment ir-Rapport Annwali tal-QEA msejjaħ Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni (DAS) lill-Awditur Ġenerali. Dan ir-Rapport jiddeskrivi, fost l-oħrajn, ir-riżultati tax-xogħol tal-awditjar finanzjarju u ta' konformità tal-QEA fuq il-baġit tal-UE.
Matul diskussjoni li saret waqt din iż-żjara, li attendew għaliha wkoll l-Assistenti Awdituri Ġenerali, is-Sinjura Tanya Mercieca, is-Sur Keith Mercieca, is-Sur William Peplow, kif ukoll is-Sur Brian Vella, Uffiċjal għall-Affarijiet Esterni u Riċerka, ġew diskussi oqsma ta' interess komuni, inkluż Seminar Konġunt bejn iż-żewġ entitajiet pjanat li jsir f'Malta fi Frar 2024 b'suġġett li dwaru jkun hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en