STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Laqgħa bilaterali bejn Malta u l-Armenja għal iżjed kooperazzjoni fil-qasam turistiku
pr231847
24/11/2023
F'laqgħa bilaterali, Malta u l-Armenja qablu li jaħdmu iżjed flimkien fil-qasam turistiku.
Il-punti ta' diskussjoni ewlenin bejn il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru għall-Ekonomija Armen Vahan Kerobyan kienu jinvolvu iżjed kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fejn tidħol konnettività bl-ajru b'introduzzjoni ta' titjiriet diretti bejn Malta u l-belt kapitali Armena, Yerevan, kif ukoll opportunitajiet oħrajn marbutin mal-industrija tal-ospitalità.
Din il-laqgħa saret waqt il-Forum Internazionale del Turismo li qiegħed isir f'Baveno, l-Italja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en